Left arrow Mur Lura

PERMEZZ TA’ SĦUBIJA TA’ MALTA FL-UE NEGOZJI ŻGĦAR JIBBENEFIKAW MINN EUR 10 MILJUNI MINN BARRA L-GĦAJNUNIET TAĦT IL-FONDI STRUTTURALI

PR1397
Date Icon 13/10/2006

“Għaddiet sena minn meta s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed waqqaf network favur aċċess aħjar għall-fondi tal-Unjoni Ewropea (European Union Programmes Access Network: EUPAN), u f’dan il-perjodu, il-konsulenti li jiffurmaw parti minn dan in-Network flimkien mas-Segretarjat, ħadmu biex numru sostanzjali ta’ negozji żgħar igawdu mill-vantaġġi ta’ l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.”  Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo waqt it-tielet laqgħa ġenerali ta’ dan in-network.

 Fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari  li hija parti mill-Pjan ta’ Ħidma Ġunju 2006 – Ġunju 2007 - ‘Miftuħa għan-Negozju’, is-Segretarjat Parlamentari ser ikun qiegħed jikkordina ħidma tal-Gvern biex dawk in-negozji li mhux soltu jibbenefikaw minn għajnuniet tal-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, jkunu jistgħu jersqu eqreb lejn dawn il-proġetti.  Fil-fatt, huwa mistenni li għal 2006 ikunu pparteċipaw madwar 300 sid ta’ negozji f’dawn il-programmi.  Din l-inizjattiva qed tinħadem bil-għajnuna ta’ diversi konsulenti li wkoll qed igawdu minn din l-iskema għaliex qed isiru aktar magħrufa għas-servizz li huma joffru.

 L-Onor. Vassallo qal li “sena ilu aħna konna ltqajna hawn u ħabbarna l-interess tagħna li naħdmu viċin tagħkom il-konsulenti.  Minn dak iż-żmien ‘l hawn, ħdimna flimkien u qegħdin naraw kif din l-inizjattiva qiegħda tkun suċċess u qegħdin tassew ngħinu n-negozji ż-żgħar tagħna jieħdu vantaġġ mill-ħafna opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea”.  Is-self employed u sidien ta’ negozji żgħar li qegħdin jipparteċipaw f’dawn il-programmi qegħdin jingħataw l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ imprendituri bħalhom barranin u qegħdin jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien.  Dawn l-esperjenzi qed jgħinu lill-imprendituri Maltin itejjbu l-operat tagħhom.

 “Jiena kont intbaħt li kien hemm diversi raġunijiet li kienu qegħdin iżommu lura lis-self employed milli jipparteċipaw f’dawn il-programmi, kemm minħabba applikazzjonijiet ikkumplikati, kif ukoll nuqqas ta’ informazzjoni dwar programmi, u ċirkustanzi oħra li kienu qed iżommu lill-imprendituri Maltin milli jipparteċipaw.  Li ppruvajna nagħmlu, u naħseb li issa nistgħu ngħidu li qegħdin nagħmluh b’suċċess, huwa li s-Segretarjat iservi ta’ intermedjarju biex b’hekk dawn il-programmi jkunu aktar aċċessibbli għal min jixtieq jipparteċipa fihom,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

 Meta wieħed jeskludi skemi ta’ għajnuniet imnedija mill-Gvern Malti u minn entitajiet oħra, iffinanzjati minn fondi pubbliċi u taħt fondi strutturali, wieħed isib li permezz tas-sħubija, negozji żgħar ibbenefikaw minn proġetti li jammontaw għal madwar EUR 10 miljuni fi proġetti taħt il-Leonardo da Vinci, Interreg u l-FP6 biss. Dawn kienu għajnuniet diretti u indiretti li finalment ġew mgħoddija għand in-negozji żgħar.

 Is-Segretarju Parlamentari spjega kif f’sena waħda s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Self Employed biss, investa fin-negozji żgħar EUR 732,870 jew ekwivalenti għal Lm 314,621 fi proġetti kif jidher hawn taħt:

EUR 236,940Leonardo da Vinci
EUR 295,930Interreg Malta-Italia IIIA
EUR 200,000FP 6

 Permezz ta’ dan il-finanzjarjament fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Self Employed flimkien mal-Konsulenti u l-Forum għal Imprenditorija sal-lum ipparteċipaw dawn is-sidien tan-negozji żgħar kif jidher fit-tabella annessa.

 Fit-tmien il-laqgħa, l-Onor. Edwin Vassallo saħaq li “rridu nieqfu nikkonċentraw biss fuq negozji kbar u rridu nifhmu li l-maġġoranza kbira tan-negozji f’pajjiżna huma negozji żgħar, jew aħjar mikro intrapriżi, fil-qasam tal-bejgħ bl-imnut (retail) u tiswija ta’ oġġetti għal użu personali u għad-djar.  Statistika[1] turi li fl-2004 kellna 30,800 negozju żgħir f’Malta, li minnhom 96% iħaddmu inqas minn 10 persuni.  Għalhekk huwa mportanti li niffukaw fuq dawn in-negozji ż-żgħar tagħna u ngħinuhom ikomplu jkattru x-xogħol.

+pr1397a

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow