Left arrow Go Back

IT-TILQIM KONTRA L-INFLUENZA STAĠJONALI

PR1386
Date Icon 12/10/2006

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaċċin kontra l-influwenza li jingħata regolarment kull sena ser jibda jingħata minn nhar it-Tnejn, 16 t’Ottubru u jkun jista’ jibqa’ jittieħed sa Diċembru 2006.   

Dawk kollha li huma ntitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas jistgħu minn nhar it-Tnejn, 16 t’Ottubru jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa skond l-iskeda t’hawn taħt. 

It-tilqim jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.30 a.m. u 13.30 p.m., u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00 a.m. u nofs in-nhar.   

Għar-residenti Għawdxin it-tilqim ta’ l-influwenza jngħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 8.00 a.m. u nofs in-nhar.  Dan il-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd ‘il fuq minn sitt xhur, izda id-Dipartiment ser joffriħ bla ħlas lil dawn il-kategoriji ta’ nies: 

1.      Kull min għandu aktar minn 55 sena.

2.      Persuni fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu f’kuntatt dirett mal-pazjenti.

3.      Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet.

4.      Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn:
      Mard kroniku tal-Pulmun (bhall-asthma, mard tal-bronki, eċċ).
      Mard kroniku tal-qalb.
      Mard kroniku tal-fwied.
      Mard kroniku tal-kliewi.
      Kull min għandu d-dijabete u
      Kull min għandu immunodefiċenza, inkluz l-AIDS jew kanċer.

5.      Persuni li jbatu minn dizabilita’ 

Dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 55 sena li jixtiequ jitlaqqmu kontra l-influwenza jistgħu wkoll jgħarrfu lill-uffiċjali nkarigati fil-Kusilli Lokali tagħhom sabiex fejn qed jingħata dan is-servizz ikunu jistgħu jiġu mlaqqma fil-kumdita’ tal-lokal tagħhom.  Dawk l-anzjani jew dawk li jbatu minn xi mard

kroniku ndikat hawn fuq, li minħabba problemi fiziċi ma jistgħux joħorġu mid-dar, għandhom jagħmlu uzu mis-servizz tal-MMDNA biex jitlaqqmu. 

Peress illi din is-sena huwa mistenni li ser jkun hemm numru akbar mis-soltu li ser jirrikorru għal din it-tilqima kontra l-inflwenza, id-Dipartiment javza lil dawk l-ommijiet li jixtiequ jieħdu t-trabi tagħhom biex jirċievu t-tilqim tat-tfulija, biex imorru fiċ-Centri tas-Saħħa qabel l-10.30 a.m.

Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur għat-tilqim fil-ħinijiet imsemmija, jipprezenta l-Karta ta’ l-Identita, u f’kaz ta’ persuni li għandhom inqas minn 55 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi jew għandhom dizabilita’, jieħdu wkoll ċertifikat ta’ evidenza li qed ibatu minn dawn il-kundizzjonijiet.

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javża lill-pubbliku li minħabba dan is-servizz ta’  tilqim kontra l-influwenza, tilqim ieħor ser jingħata biss sa’ l-10.30 a.m. mit-Tnejn sas-Sibt. 

Dawn l-arranġamenti jibdew minn nhar it-Tnejn 16 t’Ottubru u jibqgħu fis-seħħ sakemm jerġa jixxandar avviz ieħor. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow