KOLLOX LEST GĦALL -‘VALLETTA MILITARY TATTOO’
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech segwa l-aħħar preparazzjonijiet li qegħdin isiru għall-Valletta Military Tattoo li jiġi organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura bħala parti mill-festival ta’ l-Ibliet Storiċi Maltin. Il-Valletta Military Tattoo se jsir bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd 13 sal-15 ta’ Ottubru.
Fil-Military Tattoo ta’ din is-sena ser jieħdu sehem baned lokali u barranin. Dawn jinkludu ‘The Gloucetershire Cadets Corps of Drums’ mill-Ingilterra; ‘The Concord Drum and Bugle Corps’ mill-Ingilterra; ‘The Al-Tannoura Whirling Dervishes Troup’ mill-Eġittu; Banda Militari Libjana u l-‘Fanfara Dei Bersaglieri’ mill-Italja. Minn Malta se jipparteċipaw il-Malta Police Precision Team; it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija; il-Banda tal-Pulizija u l-Banda tal-Forzi Armati.
Il-Valletta Military Tattoo saret parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali organizzati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. Din is-sena din l-attivita’ qed tikkoinċidi ukoll man-‘Notte Bianca – Lejl Imdawwal’ li qed ikun organizzat fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd 14 u 15 ta’ Ottubru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958