MR SPEAKER, L-ONOR ANTON TABONE, JIRĊIEVI L-KAP TA’ L-UFFIĊĊJU TAL-PARLAMENT EWROPEW F' MALTA, DR JULIAN VASSALLO
Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, kellu żjara ta’ kortesija mingħand il-Kap il-ġdid ta’ l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta, Dr. Julian Vassallo.
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ Parlamenti u l-mod li din tgħin lil Malta tagħmel suċċess mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea kien is-suġġett ewlieni tad-diskussjoni. It-tnejn irreferu għall-impatt tal-leġislazzjoni Ewropea fuq ix-xogħol tal-Kamra u l-bżonn li d-Deputati taż-żewġ Parlamenti jibqgħu fi djalogu kontinwu mill-bidu sa l-aħħar tal-proċess leġislativ Ewropew.
Dr. Vassallo qal li l-Parlament Malti u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew huma sieħba naturali u għalhekk kien ta' pjaċir għalih li jiltaqa' ma' l-iSpeaker tal-Kamra hekk kif qed jibda fil-kariga l-ġdida tiegħu.
Waqt il-laqgħa, Dr Vassallo ħa l-opportunita' biex jinforma lill-iSpeaker bl-inizjattivi li l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew se jieħu, bil-għan li jinftiehem aħjar ir-relevanza tal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini Maltin u biex lill-ġurnalisti Maltin ikollhom l-għodda biex ikopru aħjar ix-xogħol tal-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958