Left arrow Mur Lura

ŻIEDA TA’ 52,000 FELLUS FUQ L-IRZIEZET TAT-TJUR TAS-SIMNA

PR1383
Date Icon 12/10/2006

“Il-Gvern qed jagħti aktar liċenzji biex jiżdiedu n-numru ta’ flieles fuq l-irziezet tat-tjur tas-simna. Dan qed isir għax il-produtturi qed jagħmlu t-talba biex ikabbru għax qed jaraw li dan is-settur jista’ jkompli jikber u jkollu futur”.

 Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, meta dalgħodu kien qed iżur impjant ta’ l-ipproċessar tat-tiġieġ “Valle del Miele” f’Burmarrad, bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-Jum Dinji ta’ l-Ikel.

 Skond l-iskema, s’issa diġà ngħataw liċenzji biex jiżdiedu 52,000 fellus fuq l-irziezet tat-tiġieġ tas-simna. Dan juri li l-produtturi tagħna qed jaraw li hemm potenzjal u li dan is-settur qed jerġa’ lura fuq saqajh għax il-konsumatur Malti jrid prodott frisk lokali. Diġà hemm 8 produtturi li fil-ġranet li ġejjin, is-servizz veterinarju responsabbli mit-tjur tas-simna, ser jaġħmel l-ispezzjonijiet fir-razzett tagħhom u jekk dawn jinstabu li huma konformi ma’ l-Avviż Legali 119/2005, ser jingħataw il-liċenzja li jżidu n-numru ta’ tiġieġ tas-simna fir-razzett tagħhom. Dawn it-talbiet għandhom potenzjal ta’ 90,000 fellus oħra li jkunu jistgħu jitrabbew fl-irziezet. Irrid insemmi wkoll li hemm 30 produttur li ssottomettew it-talba li huma wkoll ikabbru t-tiġieġ tas-simna fl-irziezet tagħhom.

Dr Agius enfasizza li jkun qed jinganna min lill-konsumatur ibiegħlu prodott impurtat minn barra, filwaqt li jgħidlu li dak hu prodott lokali.  Min jagħmel hekk ikun qed jikser il-liġi.  Dr Agius qal li kull min ikollu xi informazzjoni ta’ dan it-tip ta’ frodi, għandu jgħaddija immedjatament lid-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji, sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

 Dr Francis Agius fakkar kif il-Gvern kien digà nieda skema ta’ għajnuna għall-produtturi u l-proċessuri li joperaw f’dan is-settur. L-allokazzjoni ta’ fondi f’din l-iskema tlaħħaq it-tlett kwarti ta’ miljun lira (Lm750,000).

 Dr. Agius kompla jgħid kif din l-iskema ta’ għajnuna tinkorpora fiha l-flus allokati bħala ħlas ta’ sussidju lill-produtturi u lill-proċessuri għal din is-sena u l-allokazzjoni ta’ fondi għar-ristrutturar tas-settur għal din is-sena. Barra minn hekk, din l-iskema tinkludi wkoll fiha l-allokazzjoni ta’ fondi għar-ristrutturar li kien hemm għas-snin 2004 u 2005 u li ma baqgħu ma tħallsux, minħabba li ma kienux intlaħqu l-kriterji meħtieġa. Din l-iskema qed tilħaq l-għanijiet ewlenin li għalihom ġiet introdotta.

 Dr Agius qal li impjant modernizzat bħal dan għandu wkoll iservi ta’ garanzija għall-konsumatur Malti li jista’ jixtri tiġieġ proċessati lokalment, għaliex dan jilħaq l-ogħla standards Ewropej.

 Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li l-industrija tat-tjur għaddejja minn fażi ta’ ristrutturar u titjib fil-kwalità ta’ iġjene, biex dawk l-istabbilimenti li jipproċessaw tiġieġ tas-simna u li għandhom il-potenzjal li jilħqu l-istandards approvati mill-awtoritajiet kompetetenti, jiġifieri dawk tas-Saħħa u dawk tas-Servizzi Veterinarji, ikomplu jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex dawn jiksbu il-liċenzja ta’ approvazzjoni. B'hekk dan is-settur ikun jista’ jikkompeti u joffri prodotti friski u ta' l-aħjar kwalità lill-konsumatur.

 Il-Gvern bejn Lulju 2002 u Settembru ta’ din is-sena ta għajnuna finanzjarja taħt l-iskema ta’ l-SMPPMA lis-settur tat-tiġieġ tas-simna li jlaħħaq Lm1,255,830. Ma nistgħux ma nsemmux, qal Dr Agius, li l-biċċeriji tat-tiġieġ ingħataw għajnuna finanzjarja ta’ Lm 327, 176.

 Dr Agius temm jgħid li llum, il-konsumatur għandu l-aħjar biċċeriji tat-tiġieġ u allura għandu l-aħjar prodott frisk li jgħin ħafna fid-dieta mediterranja tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow