Left arrow Mur Lura

IL-MANIFATTURA TA’ L-GĦAMARA TOĦLOQ AKTAR IMPJIEGI U ŻŻID IL-BEJGĦ

PR1380
Date Icon 12/10/2006

“Fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, il-Gvern għen 27 mastrudaxxa u 18-il sid ta’ negozji żgħar fil-qasam ta’ l-inġinerija, jieħdu sehem f’żewg proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea f’Verona l-Italja u fi Plovdiv fil-Bulgaria rispettivament.  Permezz ta’ din l-inizjattiva, dawn is-sidien ta’ negozji żgħar u self-employed ipparteċipaw fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea u qegħdin fuq kollox jitgħallmu minn esperjenzi ta’ operat u realtajiet differenti minn dawk ta’ Malta.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ngħataw id-dettalji ta’ dawn iż-żewġ proġetti. 

Filwaqt li saħaq fuq l-importanza li s-self employed u sidien ta’ negozji żgħar jipparteċipaw f’dawn il-programmi, l-Onor. Edwin Vassallo qal li “irridukom tagħmlu qabża fil-kwalita’ mill-garaxxijiet f’żoni industrijali li intom taħdmu fihom, biex ikollkom aktar kwalita’ fil-produzzjoni, fl-indafa fuq il-post tax-xogħol, fit-taħriġ offrut lill-ħaddiema tagħkom u fil-marketing ta’ dak li timmanifatturaw.” 

Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li, kif jixhdu l-esperjenzi li ġew bihom dawn is-sidien ta’ negozji żgħar, barra minn Malta jikkompetu magħna fuq is-servizz, l-effiċjenza, u l-indafa.  Tlett oqsma importanti ħafna li hemm bżonn li niffukaw fuqhom sabiex intejjbu l-kwalita’ ta’ l-operat tagħna. 

“Il-kompetituri tagħna barra minn Malta qegħdin jiltaqgħu ma’ l-istess sfidi li qed naffaċċjaw aħna f’Malta u qegħdin kontinwament jaddattaw ruħhom għaċ-ċirkostanzi ġodda li qed joperaw fihom.  Dan huwa inevitabbli sabiex jibqgħu jaħdmu bi qliegħ.  Il-parteċipazzjoni f’dawn il-programm għenet lill-imprendituri Maltin jagħrfu mhux biss li imprendituri barra minn Malta jiltaqgħu ma’ l-istess sfidi, iżda wkoll setgħu jaraw kif dawn l-imprendituri qegħdin jadattaw ix-xogħol tagħhom skond il-bżonnijiet tas-suq.  Fil-fatt, mastrudaxxi li żaru negozji zgħar oħra f’Verona, ntebħu li kumpaniji Taljani qegħdin inaqqsu mill-element tax-xoghol tas-sengħa biex iraħħsu l-prezzijiet u jkunu jistgħu jikkompetu.  Is-sengħa tiswa l-flus u pajjizi oħra qed jagħzlu li jikkompetu fuq il-mass production u mhux fuq id-dettal ta’ l-oġġett manifatturat.  Dawn il-mastrudaxxi setgħu jaraw kif go fabbrika sħiħa ta’ l-għamara jkun hemm mastrudaxxa wieħed tas-sengħa imbagħad numru ta’ machine operators li jħaddmu l-magni u jimmanifatturaw bi kwantita’ l-istess oġġett.  Il-kumment tal-mastrudaxxi tagħna kien li permezz ta’ dan it-tibdil, il-mastrudaxxi Maltin jistgħu jikkompetu proprju permezz tas-sengħa tagħhom,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Vassallo. 

Din l-istess esperjenza kienet riflessa fil-kummenti tal-kumpaniji fl-inġinerija wkoll, fejn kumpaniji Bulgari, minħabba d-daqs tagħhom, jagħżlu li jmorru għal xogħol ta’ produzzjoni bil-massa. 

“Dawn in-negozji żgħar Maltin qed jagħrfu li s-suq partikolari Malti u allura l-valur miżjud ta’ prodotti manifatturati hawn, huwa wieħed li jaħseb għal xoghol made-to-measure u xogħol tas-sengħa li jinvolvi dettal.  In-negozji Maltin intebħu li hemm spazju għax-xoghol fil-pajjiżi ġodda li għadhom deħlin fl-Unjoni Ewropea bħalma huma l-pajjiżi tal-Lvant ta’ l-Ewropa.  Filwaqt li rridu nagħrfu l-limitazzjonijiet ta’ pajjiżna, bħalma huma n-nuqqas ta’ spazju minn fejn joperaw in-negozji tagħna, xorta hemm lok li wieħed jagħraf il-potenzjal ta’ pajjiżna u rridu naffrontaw dawn il-limitazzjonijiet sabiex ngħelbuhom.  Irridu nkunu kapaċi nkunu aktar produttivi f’inqas spazju.  L-isfida ta’ riforma li għandna f’pajjiżna hi ta’ kif aħna ser inkunu kapaċi nassiguraw li aktar nies jaħdmu fl-istess jew saħansitra fi spazju aktar ristrett, kif ukoll irridu naraw kif nistgħu naħdmu aktar flimkien.” 

Is-settur tal-manifattura ta’ l-għamara huwa wieħed li kull ma jmur qiegħed joħloq aktar impjiegi u jżid fil-bejgħ.  Is-Segretarju Parlamentari rrefera għal statistika li turi li f’dawn l-aħħar tliet snin, fil-perjodu bejn Jannar u Ġunju, il-bejgħ ta’ dan is-settur, kif ukoll in-numru ta’ l-impjiegi, żdiedu: 

LM’000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow