Left arrow Mur Lura

9.5 MILJUN GALLUN ĦALIB FRISK FIS-SENA

PR1374
Date Icon 10/10/2006

“95% tal-poplu Malti għandu fiduċja fil-prodott frisk lokali. Dan juri li l-kampanja “agħżel il-frisk, agħżel lokali” li għamel il-Gvern is-sena l-oħra, ħalliet il-frott mixtieq”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall- Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, meta dalgħodu kien qed iżur razzett tal-baqar tal-ħalib tal-familja Azzopardi fir-Rabat.  

Dr Agius qal li dan is-settur ibbenefika minn għajnuna mill-gvern Malti kif ukoll dik ta’ l-Unjoni Ewropea biex jittejjeb il-prodott, ħalli finalment igawdi l-konsumatur. Ir-ristrutturar li qed isir fl-irziezet tagħna qed iservi biex intejbu l-mod ta’ kif jitrabbew l-annimali, li jinżamm l-aħjar iġjene fuq ir-razzett kif ukoll il-mod ta’ kif jiġi proċessat il-ħalib.  

Il-Gvern sentejn ilu waqqaf l-Interherd milk project, li parti minnu hu finanzjat mill-Unjoni Ewropea. L-għan tiegħu hu li jkun hemm taħrig għar-raħħala kollha flimkien mal-Kooperattiva tal-Ħalib, li jgħin fil-management tar-razzett, jinżammu records tal-merħla u tal-ħalib. Dan qed issir billi hemm numru ta’ esperti li jduru l-irziezet biex jgħinu lir-raħħala jkomplu jtejjbu l-kwalita’ tal-ħalib li diġa’ teżisti. Dan it-taħrig jikkonsisti ukoll fil-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali u l-iġjene tar-razzett. 

L-għajnuna finanzjarja li ta l-gvern Malti lis-settur tal-ħalib taħt l-iskema ta’ l-SMPPMA mill-1 ta’ Mejju 2004 sas-6 ta’ Ottubru 2006 tammonta għal iktar minn Lm1,365,000.

Dr Agius spjega kif fil-gzejjer tagħna għandna mija u erbgħin raħħal li jipproducu l-ħalib, li erbgħin minnhom jinsabu Għawdex.   

Is-Segretarju Parlamentari Agius spjega kif f’Malta r-raħħala tagħna jipproduċu 9.5 miljun gallun ta’ ħalib frisk fis-sena għal konsum lokali. Hu kompla jgħid li 70% tal-ħalib li nipproduċu jiġi mibjugħ lill-konsumatur fil-kartun, 16% jiġi prodott f’rikotta, 8% jiġi prodott fi Ġbejniet u Mozzarella u 6% f’Yogurt. 

Dr Agius fakkar kif dan l-aħħar il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-agrikoltura ta’ l-Unjoni Ewropea kkonsidra l-iskema tal-ħalib għat-tfal ta’ l-iskola, fejn proposta Daniża ssuġġeriet illi l-ħlasijiet tas-sussidju fuq din l-iskema ma jibqgħux jinħadmu fuq il-kontenut tax-xaħam fil-ħalib, iżda fuq kriterji li huma iktar marbutin mas-saħħa u l-interessi ta’ valuri ta’ nutrizzjoni moderni.  

Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li Malta appoġġjat immedjatament l-pożizzjoni li ppreżenta l-Gvern Daniż peress li din qiegħda tuża bħala bażi l-aħjar interessi tas-saħħa tat-tfal. L-iskema ta’ sussidju Ewropew għall-ħalib li jitqassam lit-tfal ta’ l-iskola kollha, kemm tal-gvern, kif ukoll dawk li ma humiex, hija mistennija tibda titħaddem f’pajjiżna sa mill-bidu tas-sena skolastika li ġejja, temm jgħid Dr Agius. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow