Left arrow Mur Lura

DIRETTUR ĠDID GĦAN-NETWORK INFRASTRUCTURE DIRECTORATE FI ĦDAN L-AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT

PR1368
Date Icon 09/10/2006

 Il-Perit Paul Buhagiar B.E.&A (Hons.), A.&C.E. ġie maħtur bħala d-Direttur ġdid tan-Network Infrastructure Directorate (NID) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta. Huwa qed jieħu post il-Professur Heinrich Semar li kien ilu jokkupa din il-kariga b’mod temporanju għal dawn l-aħħar sentejn.

 L-għażla tal-Perit Buhagiar qed issir fid-dawl ta’ tibdil u tisħiħ amministrattiv sostanzjali li qed iseħħ fin-Network Infrastructure Directorate wara l-amalgamazzjoni tat-Direttorat għat-Treġija tat-Traffiku u d-Direttorat tat-Toroq.

 Fl-aħħar xhur ir-riżorsi umani fi ħdan l-NID ġew imsaħħa b’żieda sostanzjali fin-numru ta’ field officers kif ukoll l-ingaġġ ta’ periti ġodda mill-istream tal-kostruzzjoni tat-toroq li għadhom kemm iggradwaw mill-Fakultà ta’ l-Arkitettura ta’ l-Università ta’ Malta. Dan qiegħed iwassal għal maniġġjar u kontroll tal-kwalità aħjar fuq il-proġetti ta’ bini ta’ toroq ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport.

 It-tibdil reċenti fin-Network Infrastructure Directorate jinkludi wkoll t-twaqqif ta’ Unit għall-Manutenzjoni fl-NID, liema Unit fost għanijiet oħra ser ikun qed jħares il-frott ta’ l-investiment qawwi tal-Gvern f’dan il-qasam, kif ukoll jimplimenta programm b’terminu qasir ta’ manutenzjoni ta’ toroq arterjali u distributorji. Ix-xogħol fuq dan ta’ l-aħħar ser ikun qed jibda’ ftit jiem oħra bi programm ta’ Lm80,000 għal extensive patching f’bosta toroq ewlenin madwar Malta. 

Il-handover bejn il-Professur Semar u l-Perit Buhagiar ser tkun qed isseħħ matul is-sitt xhur li ġejjin. Fi tmiem dan il-perjodu, l-Professur Semar ser jerġa jibda jiffoka ħidmietu fuq il-lat tekniku tal-kostruzzjoni tat-toroq

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow