BDIEWA JINVESTU GĦAX QED JARAW FUTUR ĊAR GĦALIHOM
“Eżempju ċar ta’ kemm il-bdiewa Maltin u Għawdxin qed jaraw futur ċar għalihom u għall-biedja f’pajjiżna”.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-biedja u s-sajd Dr. Francis Agius, meta dalgħodu kien qed iżur bdiewa fil-Girgenti li jkabbru xitel tal-ħaxix għal sħabhom il-bdiewa stess. Dan qed isir bħala parti mill-attivitajiet li qed jiġu organiżżati għall-Jum Dinji ta’ l-Ikel li ser jiġi ċċelebrat il-Ħadd li ġej fl-Isla.
Dr Agius qal li hu ta’ sodisfazzjon kbir meta tara kif il-bdiewa qed jaħdmu bejniethom b’mod li hemm min qed ikabbar ix-xitel għal sħabu stess, ħalli b’hekk il-produzzjoni tkun waħda tajba għall-klima, għall biedja tagħna kif ukoll għall-istess bdiewa.
Dr Agius qal li l-investiment li għamlet il-familja Cassar, f’magna li tiżra ix-xitel, ġewwa l-Girgenti, hu eżemju ċar li l-biedja ser tkompli tiffjorixxi u tibqa’ miexja 'l quddiem.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li fil-jiem li ġejjin ser jitħallas is-sussidju lill-bdiewa li biegħu l-prodotti tagħhom fil-pitkalija fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Dan is-sussidju ser jammonta ghal iktar min LM470,000 Is-sussidju jkopri frott, inkluż frott tas-siġar bħal larinġ, lumi, ħawħ nuċiprisk, u għajnbaqar, kif ukoll frott ieħor bħal dulliegħ, bettieħ u frawli. Barra mill-frott is-sussidju jkopri wkoll ħaxix bħal patata, kaboċċi, ful, basal, tewm, karrotti u ohrajn.
Dawk il-prodotti kollha li ddaħħlu l-pitkalija ta’ Malta u dik t’Għawdex huma eligibbli għal dan is-sussidju. Fil-ġranet li ġejjin madwar 2,500 bidwi sejrin jirċievu ċ-ċekk tas-sussidju.
“Inħeġġeġ lil kulħadd biex il-Ħadd li ġej jiġi l-Belt ta’ l-Isla ħalli jkun jista’ japprezza il-ħidma tal-bdiewa s-Sajjieda u r-raħħala”, temm jgħid Dr Agius.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958