Left arrow Go Back

BDIEWA JINVESTU GĦAX QED JARAW FUTUR ĊAR GĦALIHOM

PR1367
Date Icon 09/10/2006

“Eżempju ċar ta’ kemm il-bdiewa Maltin u Għawdxin qed jaraw futur ċar għalihom u għall-biedja f’pajjiżna”.

 Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-biedja u s-sajd Dr. Francis Agius, meta dalgħodu kien qed iżur bdiewa fil-Girgenti li jkabbru xitel tal-ħaxix għal sħabhom il-bdiewa stess. Dan qed isir bħala parti mill-attivitajiet li qed jiġu organiżżati għall-Jum Dinji ta’ l-Ikel li ser jiġi ċċelebrat il-Ħadd li ġej fl-Isla.

 Dr Agius qal li hu ta’ sodisfazzjon kbir meta tara kif il-bdiewa qed jaħdmu bejniethom b’mod li hemm min qed ikabbar ix-xitel għal sħabu stess, ħalli b’hekk il-produzzjoni tkun waħda tajba għall-klima, għall biedja tagħna kif ukoll għall-istess bdiewa.

 Dr Agius qal li l-investiment li għamlet il-familja Cassar, f’magna li tiżra ix-xitel, ġewwa l-Girgenti, hu eżemju ċar li l-biedja ser tkompli tiffjorixxi u tibqa’ miexja 'l quddiem.

 Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li fil-jiem li ġejjin ser jitħallas is-sussidju lill-bdiewa li biegħu l-prodotti tagħhom fil-pitkalija fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Dan is-sussidju ser jammonta ghal iktar min LM470,000 Is-sussidju jkopri frott, inkluż frott tas-siġar bħal larinġ, lumi, ħawħ nuċiprisk, u għajnbaqar, kif ukoll frott ieħor bħal dulliegħ, bettieħ u frawli. Barra mill-frott is-sussidju jkopri wkoll ħaxix bħal patata, kaboċċi, ful, basal, tewm, karrotti u ohrajn.

 Dawk il-prodotti kollha li ddaħħlu l-pitkalija ta’ Malta u dik t’Għawdex huma eligibbli għal dan is-sussidju. Fil-ġranet li ġejjin madwar 2,500 bidwi sejrin jirċievu ċ-ċekk tas-sussidju.

 “Inħeġġeġ lil kulħadd biex il-Ħadd li ġej jiġi l-Belt ta’ l-Isla ħalli jkun jista’ japprezza il-ħidma tal-bdiewa s-Sajjieda u r-raħħala”, temm jgħid Dr Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow