Left arrow Mur Lura

IMNIEDI KALENDARJU IEĦOR TA’ ATTIVITAJIET KULTURALI

PR1366
Date Icon 09/10/2006

Il-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru ta’ Kreattivita’ ġie inawgurat fis-sena 2000 biex jikkoinċidi maċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru t-tieni millenju.  

Il-Kavallier ta’ San Ġakbu – li minn makna ta’ gwerra mibnija mill-Kavallieri ta’ San Ġwann biex jiddefendi l-belt kapitali ta’ pajjiżna, nbidel f’ċentru li jappoġġja l-artisti lokali u biex jinkoraġixxi d-diversita’ kulturali –  illum iservi ta’ katalist għal kull forma ta’ espressjoni.

Il-Kavalier ta’ San Ġakbu hu wkoll attrazzjoni turistika li flimkien mal-għexiren ta’ attrazzjonijiet oħra jagħmel mill-belt Valletta ċentru storiku uniku u wirt dinji. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda kalendarju ta’ attivitajiet fil-Kavalier ta’ San Ġakbu għat-tliet xhur li ġejjin. Hu qal li mill-inawgurazzjoni tiegħu l-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru ta’ Kreattivita’ kien bejta ta’ attivitajiet artistiċi u kulurali. Hu qal li f’dan iċ-Ċentru jsiru wirjiet ta’ arti viżiva, jiġu organizzati festivals ta’ films minn diversi pajjiżi, jittellgħu wirjiet teatrali, kunċerti u attivitajiet oħra bħal klassijiet tat-tpinġija, ‘watercolouring’ u mmodellar bit-tafal; u workshops teatrali f’siti ta’ wirt storiku. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fil-qasam ta’ l-arti viżiva u tal-‘performing arts’ illum qed tikber is-sħubija bejn iċ-Ċentru tal-Kreattivita’, it-Teatru Manoel, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Orkestra Nazzjonali. Hu qal li ċ-Ċentru tal-Kreattivita’ qed jagħti l-appoġġ tiegħu permezz ta’ inizjattivi li jieħu. Hu qal li rridu nkomplu naħdmu f’dan l-ispirtu  ta’ kooperazzjioni biex insaħħu l-kultura f’pajjiżna u nxerrduha aktar fost il-poplu. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fil-belt kapitali llum għandna ċ-Ċentru ta’ Kreattivita’, it-Teatru Manoel u ċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran li huma s-sinsla ta’ kull attivita’ kulturali f’pajjiżna. Hu qal li ma’ dawn nistgħu nżidu s-sit tat-Teatru Rjal li minn dan is-Sajf beda jintuża b’mod regolari għal attivitajiet kulturali li ġibdu lejhom eluf ta’ Maltin. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-kultura kienet ukoll pilastru għat-tisħiħ ekonomiku. Hu qal li l-kultura kienet l-akbar riżorsa ta’ pajjiżna u għalhekk kien importanti li nħarsuha, nsaħħuha u nifirxuha dejjem aktar.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li minn mindu t-turiżmu u l-kultura ngħaqdu taħt ministeru wieħed irnexxielna noħolqu sinerġija bejn dawn iż-żewġ setturi importanti li jkattru l-ġid fil-pajjiż. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow