Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-MINISTRU TA’ l-EDUKAZZJONI, ZĠĦAZAGĦ U XOGĦOL, FL-OKKAZJONI TA’ ŻEWĠ ANNIVERSARJI MIT-TWAQQIF TAL-GWU U L-UĦM

PR1351
Date Icon 05/10/2006

Żewġ unions ewlenin f’pajjiżna qed ifakkru anniversarji mportanti mit-twaqqif tagħhom. Illum il-GWU qed tfakkar għeluq is-63 sena mit-twaqqif tagħha, filwaqt li l-UĦM qed torganizza attivitajiet speċjali biex tfakkar l-40 sena mit-twaqqif tagħha.

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea, isellem lill-membri u l-mexxejja, tal-lum u tal-bieraħ, ta’ dawn iż-żewġ unions ewlenin f’pajjiżna. Il-Gvern iqis l-unions kollha f’pajjiżna bħala istituzzjonijiet u sħab soċjali ta’ importanza ewlenija għall-progress soċjali u ekonomiku tal-poplu tagħna.

L-istorja tat-trejdunjoniżmu Malti turi kif bil-fatti, t-trejdu unions Maltin servew ta’ ġid kbir għall-ħaddiema u l-poplu tagħna tul 60 sena ta’ żvilupp politiku, soċjali u ekonomiku li bidel il-Malta minn kolonja mill-ifqar f’pajjiż sovran, indipendenti u ħieles, li llum qed igawdi livell għoli ta’ għixien ta’ ħajja fi sħubija ta’ l-Unjoni Ewropea.  Is-sehem tal-unions f’dawn il-kisbiet kbar kien ta’ valur sostanzjali minkejja perjodi ta’ kontroversji li għamlu ħsara lill-ħaddiema u lill-pajjiż.

Louis Galea jawgura li ż-żewġ unions ikollhom ġejjieni mimli ħidma favur pajjiżna u l-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin. F’soċjeta` u ekonomija li qed iġarrbu żviluppi mgħaġġla, frott tat-tielet rivoluzzjoni dinjija, dik ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni, il-Gvern jibqa` impenjat li jiddefendi u jirrispetta d-drittijiet tal-ħaddiema u l-unions tagħhom u li jagħmel ħiltu biex jissaħħaħ u jitjieb id-djalogu soċjali.  Il-Gvern, japprezza mhux biss il-ħidma tat-trade unions, iżda japprezza wkoll is-sehem ta’ min iħaddem u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Louis Galea temm il-messaġġ tiegħu billi sostna li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jħossu xxurtjat, kburi u rikonoxxenti li bil-ħidma u s-sagrifiċċju ta’ ħafna fil-qasam trejdunjonistiku, pajjiżna żviluppa demokrazija, liberta` u mudell soċjo-ekonomiku li ġab ħafna risq u frott lill-poplu tagħna u ġibed l-ammirazzjoni ta’ popli oħra fid-dinja.       

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow