Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN B’RISPOSTA GĦALL-KONFERENZA STAMPA LI GĦAMEL IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI

PR1347
Date Icon 05/10/2006

B’risposta għall-konferenza stampa tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Alfred Sant, dwar l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL),  għandu jingħad li:

 1.                   Id-delegazzjoni tal-AKL għall-CLARE (il-grupp fil-kunsill ta’ l-Ewropa li jiġbor ir-reġjuni u l-Kunsilli Lokali) minn dejjem kienet nominata mill-Gvern Ċentrali.  Iżda, kif jiġri fil-każ ta’ l-istess delegazzjoni għal-Kumitat tar-Reġjuni ta’ l-Unjoni Ewropea, dana jsir skond is-saħħa u r-rappreżentanza politika fl-Eżekuttiv tal-AKL, u fuq rakkomandazzjoni tal-istess AKL.  Barra minn hekk, irid ikun hemm rappreżentanza adegwata femminili.  Fis-snin imgħoddija, l-Kumitat Eżekuttiv ta’ 6 kien awtomatikament fil-prattika parti mid-delegazzjoni; peress li hemm ċans li l-eżekuttiv ikun kompost minn 7,  dana mhux aktar possibli. M’hemm xejn ħazin li d-delegazzjoni tkun komposta minn membri fl-ezekuttiv jew barra minnu; iżda l-Gvern Ċentrali għadu kommess kif dejjem kien, li jirrispetta deċiżjoni tal-AKL.

 2.                   L-elezzjoni tal-AKL kienet posposta għal żmien twil bi qbil bejn iż-żewġ partiti waqt li kienu għaddejjin diskussjonijiet dwar il-liġi kollha tal-Kunsill Lokali, inkluża l-AKL; tant dan hu minnu li l-Oppożizzjoni qatt ma pprotestat dwar dan l-istat ta’ fatt.

 3.                   Meta l-Oppożizzjoni, wara l-elezzjonijiet ta’ Marzu 2006, iddikjarat li min għandu maġġoranza ta’ kunsilliera, għandu jkollu maġġoranza ta’ l-Eżekuttiv, il-Viċi Prim Ministru iddikjara li jaqbel ma’ dan; u f’April 2006 ippreżenta abbozz lill-Oppożizzjoni. L-Oppożizzjoni wieġbet bil-miktub dwar din il-proposta f’Awissu fl-2006 u l-bdil fis-sistema ta’ l-elezzjoni ta’ l-AKL biex jiġi garantit li l-maġġoranza fl-Eżekuttiv tagħha, tirrifletti l-maġġoranza fost il-kunsillieri, ġie ppublikat f’regolamenti fil-5 ta’ Settembru 2006 u l-elezzjonijiet iffissati għas-7 t’Ottubru 2006.

Dana juri li l-Gvern għal darb’oħra mexa b’għaqal u f’korrettezza f’din il-kwistjoni wkoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow