Left arrow Mur Lura

IPPUBBLIKATA L-50 EDIZZJONI TA’ ‘MALTA & GOZO DAY BY DAY

PR1339
Date Icon 04/10/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ġie ppreżentat bil-50 edizzjoni tal-‘Malta & Gozo Day by Day’ minn Joe A. Grima, Managing Director u Chris Grima, Marketing Manager ta’ Impact Public Relations.

 Il-magazin li ġie ppjanat minn Impact Public Relations bil-għan li jipprovdi servizz ta’ kwalità lit-turisti u barranin li jgħixu fil-gżejjer Maltin, issa ilu joħroġ b’mod regolari għal erba’ snin u nofs, billi l-ewwel żewġ edizzjonijiet kienu fuq bażi ta’ kull xahrejn, iżda minn Jannar 2003 ħareġ regolarment kull xahar.

Illum dan il-magazin jwassal dettalji dwar avvenimenti ta’ interess għat-turisti u residenti barranin, li magħhom wieħed irid jgħodd ukoll dawk li jkunu fuq il-yachts fid-diversi marinas. Il-magazin hu ppubblikat bl-Ingliz, Ġermaniż, Franċiż u Taljan.

 Fil-magazin ta’ dan ix-xahar tingħata prominenza qawwija lil avvenimenti bħalma huma l-Historic Cities Festival, Notte Bianca, l-Middle Sea Race u Mediterranea, kif ukoll firxa oħra ta’ attivitajiet kulturali u ta’ divertiment, inkluża wkoll inizjattiva kulturali mill-Ambaxxata Taljana f’Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow