Left arrow Mur Lura

LIBSA ĠDIDA GĦAŻ-ŻJARAT KULTURALI

PR1337
Date Icon 04/10/2006

Din is-sena ż-żjarat kulturali organizzati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet fi ħdan l-istess Ministeru, qed jingħataw libsa ġdida billi qed jiġu organizzati fuq bażi ta’ suġġett.

B’kollox se jkun hemm tmien żjarat li ser jinżammu bejn il-Ħadd 22 ta’ Ottubru 2006 u l-Ħadd 6 ta’ Mejju 2007.

o       Il-Ħadd 22 ta’ Ottubru, it-tema ser tkun ‘It-Tieni Gwerra Dinjija’ bi żjarat lill-Mużew tal-Gwerra, ix-Xelter ta’ Santu Wistin; il-Mużew ta’ l-Avjazzjoni f’Ta’ Qali u ix-Xelter Mużew fl-Imġarr.

o       Il-Ħadd 26 ta’ Novembru, is-suġġett ser ikun ‘It-Torrijiet tal-Kavallieri’ bi żjarat lit-Torri ta’ Wignacourt; it-Torri l-Aħmar; it-Torri ta’ Għallies u t-Torri ta’ Qalet Marku.

o       Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru, ser issir żjara kulturali lill-Presepji tradizzjonali.

o       Il-Ħadd 28 ta’ Jannar, it-tema taż-żjara ser tkun ‘Snajja Tradizzjonali Maltin’ bi żjarat marbuta man-naħal u l-produzzjoni tal-għasel; is-sengħa tal-filligranu; is-sengħa u Mużew ta’ l-Insiġ; l-akwakultura fit-Torri ta’ San Luċjan; u it-tagħsir ul-produzzjoni ta’ l-inbejjed tal-frott.

o       Il-Ħadd 25 ta’ Frar, bit-tema ‘Djar Storiċi Maltin’ se jsru żjarat lil Casa Rocco Piccola; il-Mużew tal-Ġugarelli; l-Oratorju tas-Santissmu Sagrament u Villa Parisio, Ħal Lija.

o       Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, iż-żjara kulturali ser tkun  dedikata lil ‘Knejjes Żgħar Maltin’ bi żjarat lill-Knejjes ta’ Sant’Anna u Tal-Vitorja fil-Forti Sant’Anġlu; il-Mużew tas-Santwarju, il-Knisja tal-Lunzjata u l-Knisja ta’ Santa Marija f’Ħaż-Żabbar; Bir Miftuħ fil-Gudja u Santu Rokku f’Ħaż-Żebbuġ.

o       Il-Ħadd 22 ta’ April, ser issir żjara kulturali f’Għawdex.

o       Il-Ħadd 6 ta’ Mejju, iż-żjara ser tikkonsisti f’dawra bil-lanċa mal-Port.

 Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda l-programm ta’ żjarat kulturali għall-istaġun 2006/2007 qal li dawn iż-żjarat kull ma jmur qed isiru aktar popolari għaliex qed joħorġu dejjem aktar dak li hu Malti bil-wirt storiku tagħna, tradizzjonijiet u snajja.

 Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-għażla li saret din is-sena li ż-żjajjar ikunu organizzati fuq bażi ta’ suġġett kienet waħda għaqlija. Hu qal li pajjiżna kellu gawhar ta’ storja li kienet tinfirex fuq eluf ta’ snin iżda li fl-istess waqt issawret minn zminijiet differenti. Hu fakkar li filwaqt li l-istorja tagħna tmur lura 7,000 sena għandna dik li nistgħu nqisuha bħala l-istorja riċenti ta’ pajjiżna: żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-perijodi tal-ħakma Franċiża u Ingliża. Hu qal li dawn qed jiġu ppreżentati lill-poplu permezz ta’ re-enactments li allura meta mbagħad dak li jkun rahom iżur bini storiku marbut ma’ dawn l-epoki jifhem aħjar l-istorja ta’ pajjiżna.

 Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li llum li nagħmlu parti mill-komunita’ kbira ta’ l-Unjoni Ewropea hu aktar importanti li ngħożżu l-għeruq tagħna, it-traddizzjonijiet, l-istorja u l-wirt tagħna għaliex dawn kollha jsaħħu l-identita’ u allura s-sovranita’ ta’ pajjiżna.

 Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-wirt kulturali u artistiku tagħna qed jissarraf ukoll fi promozzjoni għal pajjiżna. Hu qal li llum meta qed nibbażaw s-settur turistiku fuq ‘segments’, is-settur tat-turiżmu kulturali hu wieħed mill-aktar importanti u jattira lejn pajjiżna madwar 14 fil-mija tat-turisti kollha li jżuruna.

 Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-organizazzjoni ta’ dawn iż-żjarat turi l-kollaborazzjoni li teżisti bejn l-oqsma tat-turiżmu u kultura fi ħdan il-Ministeru tiegħu. Hu qal li dawn iż-żjarat ma kienux ikunu possibbli li kieku ma kienx hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u diversi entitajiet fi ħdan l-istess Ministeru: l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta; il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti; Heritage Malta u anke l-parteċipazzjoni ta’ l-Orkestra Nazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow