Left arrow Mur Lura

IL-GVERN INIEDI ABBOZZ TA’ DOKUMENT GĦALL-GREEN PUBLIC PROCUREMENT

PR1335
Date Icon 03/10/2006

Il-Gvern nieda abbozz ta’ pjan ta’ azzjoni għax-xiri pubbliku li jkun favur l-ambjent (green public procurement). Id-dokument jagħti messaġġ ċar tad-direzzjoni li jrid jieħu s-settur pubbliku biex iħares l-ambjent fl-operat tiegħu.

 Għal dan il-pjan ta’ azzjoni twaqqaf grupp ta’ ħidma, magħmul mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Malta Standards Authority, biex ifassal kif mill-2007 ’l quddiem is-settur pubbliku jibda jdaħħal b’mod gradwali l-kunċett ta’ xiri favur l-ambjent (green procurement) b’mod partikolari tal-prodotti u s-servizzi li l-aktar jintużaw, bħat-trasport, prodotti għat-tindif, l-użu ta’ l-elettriku, it-teknoloġija ta’ l-informatika, ikel u karta.

 Biex dan il-pjan jiġi implimentat, id-Dipartiment tal-Kuntratti se jwaqqaf taqsima li tipprovdi t-taħrig neċessarju lil kull uffiċjal responsabbli mit-tenders fid-dipartimenti tal-Gvern biex jiġi ggarantit li l-kuxjenza ambjentali fix-xiri ta’ prodotti jew servizzi tkun inkorporata fl-offerti u dawk milqugħa jiġu evalwati skond dawn l-istess kriterji.

 Id-dettalji dwar il-pjan ta’ azzjoni għax-xiri pubbliku favur l-ambjent ingħataw mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u s-Segretarju Parlamentari għall-Finanzi Tonio Fenech, fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Prinċipali u s-Segretarji Permanenti taż-żewġ ministeri.

 Skond studju ta' l-Unjoni Ewropea, ix-xiri minn entitajiet governattivi fl­-Unjoni jlaħħaq għal madwar 1,500 miljun ewro fis-sena, li jfisser madwar 16 fil-mija tal­-prodott gross domestiku ta' l-Unjoni.

 Is-settur pubbliku huwa l-akbar konsumatur lokali ta’ prodotti u servizzi bin-nefqa, matul is-sena li għaddiet, tlaħħaq għal kważi Lm50 miljun. In-numru ta’ entitajiet li jissuplixxu lill-Gvern ilaħħaq għal madwar 208.

 Għaldaqstant, is-settur pubbliku għandu r-responsabbiltà li meta jiġi biex jixtri prodotti jew servizzi jara x’effett iħallu fuq l-ambjent meta jiġu mmanifatturati jew użati.

 Ix-xiri favur l-ambjent ifisser ukoll li min ikun qed jixtri jkun qed jagħti eżempju u jinfluenza s-suq. Billi jħeġġu l-akkwist favur l-ambjent, l-awtoritajiet pubblici jistgħu joffru inċentivi veri lill-industrija biex tiżviluppa t-teknoloġija favur l-ambjent. L-impatt fuq ċerti prodotti, xogħlijiet u servizzi jista’ jkun partikolarment sinifikanti, billi x-xerrejja pubbliċi għandhom parti kbira mis-suq.

 L-abbozz qed jiġi ppublikat għall-kummenti tal-pubbliku li għandhom jintbagħtu lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti, il-Furjana sal-15 ta’ Novembru f’nofs in-nhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow