Left arrow Go Back

ĦADDIEM TAS-SENA FL -ISPTAR ZAMMIT CLAPP

PR1322
Date Icon 01/10/2006

Is-serata ta’ premjazzjoni tal-Ħaddiem tas-Sena ta’ l-Isptar Zammit Clapp 2006 saret nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru 2006 fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’, taħt il-patroċinju ta’ l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’.  

Minn fost il-ħames persuni nominati, il-kumitat ta’ l-għażla mmexxi mis-Sinjura Ninette Borg Grech, għażel lil Anthony Scerri bħala l-Ħaddiem tas-Sena.  

Anthony Scerri iggradwa bħala nurse f’l-1997 u beda jaħdem fl-isptar Zammit Clapp f’Settembru ta’ l-istess sena.  

Fid-diskors tagħha l-Onor. Helen D’Amato, faħħret lis-Sur Scerri kif ukoll lil erba’ persuni  nominati l-oħra, u qalet li wieħed mis-sigrieti wara dan l-isptar jinsab fil-professjonalità  teknika kif ukoll umana tal-ħaddiema tiegħu. 

Hija kompliet tgħid li t-twaqqif ta' l-isptar Zammit Clapp fl-1991 kien espressjoni ċara ta' politika ġdida fil-qasam ta' l-anzjani, politika li biha bdiet tingħata attenzjoni speċifika u diretta lill-anzjani, u li wasslet biex jitniedu bosta servizzi ta' assistenza fil-komunità.  

Hija ddefiniet dan l-isptar bħal wieħed innovattiv, kemm minħabba t-tip ta' servizz li joffri kif ukoll minħabba l-mod awtonomu li bih jitmexxa. Dan, kompliet tgħid is-Sinjura D’Amato, jfisser li l-gvern ċeda r-riedni tat-tmexxija ta' l-istruttura f'idejn amministrazzjoni indipendenti u żamm biss rwol ta' finanzjatur.  

L-Onor. D’Amato qalet li “ħmistax il-sena wara t-twaqqif ta' dan l-isptar, m’hemm ebda dubbju li l-esperiment li kien għamel il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien irnexxa fiż-żewg aspetti tiegħu.”  

Tant hu hekk li llum, il-bżonn għal dan it-tip ta' servizz kiber minħabba ż-żieda kontinwa fin-numru ta' anzjani. L-Onor. D’Amato qalet li sa l-aħħar tas-sena 2005 in-numru ta’ anzjani f’Malta li għalqu is-sittin sena laħaq 76,000, jiġifieri 19% tal-popolazzjoni. Hija kompliet tgħid li meta wieħed jikkompara l-proporzjon ta’ anzjani f’Malta mal-kumplament tad-dinja jsib li f’Malta hawn anzjan għal kull ħames persuni (1:5) filwaqt li l-medja ta’ anzjani fid-dinja qegħda għal anzjan għal kull għaxra (1:10), u hu biss fis-sena 2050 li din ser tilħaq lir-rata Maltija tal-lum. Dan juri biċ-ċar il-progress li seħħ f’pajjiżna fl-oqsma soċjali, tas-saħħa, ekonomiċi kif ukoll edukattivi.   

L-Onor D’Amato kompliet tgħid li meta wieħed jikkonsidra ż-żieda fin-numru ta’ anzjani, jinduna li wasal iż-żmien li jittieħdu l-passi neċessarji biex titwettaq politika ta' saħħa, riabilitazzjoni u kura fit-tul imfassla fuq il-mudell ta' Żammit Clapp.  

Minħabba f’dan, “il-pjan tal-gvern hu li fiż-żmien relattivament qasir jinbena ċentru ta’ riabilitazzjoni ġdid fl-arja ta’ San Vincenz li ser jakkomoda 280 pazjent, u dan minħabba l-fatt li Zammit Clapp qed isir żgħir għall-bżonnijiet tal-lum”.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow