Left arrow Go Back

INAWGURATA ‘WHERE’S EVERYBODY BROADCAST ACADEMY ’

PR1319
Date Icon 29/09/2006

Fil-lukanda Vivaldi, San Ġiljan tnediet il- ‘Where’s Everybody Broadcast Academy’ bl-iskop li toffri diversi korsijiet li jolqtu aspetti varji tad-dinja tax-xandir. Dan hu proġett bi sħab bejn  ‘Ideas Alive Ltd’ u ‘Where’s Everybody’.  

Il-kumpannija ‘Ideas Alive Ltd’ twaqqfet biex toffri servizzi ta’ żvilupp fil-management, taħriġ, profiling u materji relatati ma’ taħriġ u żvilupp ta’ persuni fl-ambitu tax-xogħol. Riċentament ‘Ideas Alive Ltd’ għamlet ftehim mal-kumpannija ‘Where’s Everybody’ biex flimkien jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom u joffru taħriġ f’ħiliet marbuta max-xandir permezz ta’ ‘Where’s Everybody Broadcast Academy’, kif ukoll taħriġ f’management permezz ta’ l-‘Institute of Professional Development’.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, meta kien qed jitkellem f’din l-okkazjoni,  qal li Michael Fenech li waqqaf il-kumpannija ‘Ideas Alive Ltd’ għandu esperjenza twila u prattika fil-ħiliet meħtieġa għal tmexxija effettiva. Hu qal li min-naħa l-oħra, ‘WE’ kisbet esperjenza kbira u reputazzjoni eċċellenti għall-produzzjoni ta’ programmi televiżivi u produzzjonijiet  awdjoviżivi ta’ kwalita’ għolja u li fl-istess ħin jikkomunikaw sew ma’ kull min ikun qed isegwi.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li ż-żewġ kumpanniji ħassu li kien wasal il-waqt li l-għerf u l-esperjenza li akkwistaw jgħadduhom lil min jixtieq jibda karriera f’dan is-settur billi jorganizzaw diversi korsijiet li jolqtu aspetti varji tad-dinja tax-xandir.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li bħala Ministru responsabbli mill-politika dwar ix-xandir kien jilqa’ bil-ferħ kull inizjattiva li tittieħed bl-iskop li jitjieb il-kontenut u jogħla l-livell tax-xandir fil-pajjiż. Hu qal li dan il-Ministeru kien diġa’ qed jagħmlu permezz tal-fondi li l-Gvern jalloka lill-Public Broadcasting Services taħt l-Extended Public Service Obligation (EPSO).

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien jemmen li kemm ‘Ideas Alive Ltd’ kif ukoll ‘Where’s Everybody’ kellhom ħafna x’joffru fil-qasam tax-xandir. Hu qal li fi żmien meta x-xandir hu liberalizzat u f’Malta hawn erba’ stazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u numru rekord ta’ stazzjonijiet tar-radju t-taħriġ kien indispensabbli għaliex irridu li jkollna nies kwalifikati f’qasam hekk importanti.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura awgura lil ‘Where’s Everybody Broadcast Academy’ kull suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow