Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT

PR1314
Date Icon 29/09/2006

Koperazzjoni bejn l-Italja u Malta fis-settur ta’ l–agrikoltura

Huwa fl-interess ta’ Malta u l-Italja li tkompli titjieb il-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.   Din il-koperazzjoni kienet fuq l-aġenda ta’ laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u l-Ministru għall-Agrikoltura Taljan Paolo De Castro. 

Din kienet l-ewwel laqgħa uffiċjali minn wara l-ħatra ta’ De Castro bħala Ministru ta’ l-Agrikoltura u saret f’Bari, l-Italja.  Matul il-laqgħa bilaterali kien hemm qbil fuq appoġġ mill-Italja dwar temi importanti għal Malta bħalma hu s-settur tal-ħalib, ir-riforma proposta fis-settur ta’ l-inbid u assistenza teknika Taljana fuq prodotti tipiċi Maltin bħalma hu t-tadam ipproċessat. 

Il-Ministru De Castro esprima l-appoġġ Taljan għall-inizjattiva ta’ Malta li ssir konferenza għall-pajjiżi tal-Mediterran biex tiddiskuti miżuri li kienu ppubblikati fil-Green Paper ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sajd u politika marittima.  Pullicino qal li Malta trid issaħħaħ il-koperazzjoni mal-ġar tagħha u esprima s-sodisfazzjon tal-Gvern Malti għall-assistenza li l-Italja dejjem kienet lesta li tagħti lil Malta. 

Il-Ministru Pullicino kien Bari biex jieħu sehem f’konferenza internazzjonali li ddiskutiet il-politika ta’ l-iżvilupp rurali fir-reġjun tal-Mediterran. 

Minbarra s-sehem ta’ Malta u l-Italja, din il-konferenza kellha wkoll is-sehem ta’ Ministri ta’ l-agrikoltura mis-Sirja u mil-Libanu.  Din il-konferenza saret bħala parti mill-fiera Mediterre.  

Matul id-diskors tiegħu f’din il-konferenza, il-Ministru Pullicino tkellem dwar il-perspettiva ta’ Malta fil-politika ta’ żvilupp rurali.  Hu qal li l-ewwel Pjan ta’ Żvilupp Rurali ta’ Malta ta importanza lill-effett ta’ l-agrikoltura fuq l-ambjent.  Pullicino tkellem dwar it-tieni pjan li qed jitlesta bħalissa għas-snin 2007-2013 fejn qed tingħata priorita’ lill-miżuri ta’ afforestazzjoni, agro-turiżmu u restawr tal-kampanja. 

Il-Ministru George Pullicino qal li l-iżvilupp rurali huwa fundamentali biex jassigura li l-agrikoltura u l-ħarsien ta’ l-ambjent ma jaħdmux kontra xulxin.  Hu qal li r-reġjun tal-Mediterran jinħtieġ attivitajiet ta’ żvilupp rurali li jkunu jħarsu fit-tul u li jirrispettaw l-ambjent.  Hu qal li hekk kif qed toqrob l-introduzzjoni tal-Euro Mediterranean Free Trade Area, l-iżvilupp rurali jista’ jsir fattur importanti biex iżid il-kompetittivita’ tal-prodott Malti.  Madanakollu Malta hija attenta għal xi impatti negattivi li dan l-iżvilupp jista’ jkollu fuq l-agrikoltura Maltija.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow