Left arrow Go Back

ŻJARA FIL-FEDERAZZJONI RUSSA MINN DELEGAZZJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ

PR1309
Date Icon 29/09/2006

Delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kellha taħdidiet f’Moska ma’ G. G. Petrov, Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ u Industrija tal-Federazzjoni Russa, u f’St Petersburg ma’ Vladimir Prokopiev, Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ tar-reġjun, bil-għan li tissaħħaħ il-koperazzjoni ekonomika u politika bejn iż-żewġ pajjiżi.  

Waħda mill-kwistjonijiet li ġew diskussi kienet il-potenzjal tat-turiżmu mis-suq Russu u l-ħtieġa li jiżdied in-numru ta’ turisti lejn Malta li dan l-aħħar niżel xi ftit.  Temi oħra ta’ interess komuni li ġew diskussi kienu s-settur ta’ l-enerġija, is-servizzi finanzjarji u r-riċerka u l-iżvilupp flimkien mat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni, fid-dawl ta’ l-iżviluppi li qed iseħħu f’Malta u peress li l-isforzi tar-Russja f’dan il-qasam huma ikkonċentrati fir-reġjun ta’ St Petersburg .   

Iż-żewġ naħat qablu fuq il-ħtieġa urġenti li delegazzjoni mis-settur tan-negozju tagħmel żjara fil-pajjiżi rispettivi fl-ewwel sitt xhur ta’ l-2007 biex tara kif jistgħu jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta’ kummerċ għall-benefiċċju taż-żewġ naħat.  Fil-fatt dalwaqt se joħroġ invit biex il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta żżur St Petersburg fl-2007.  

Id-delegazzjoni Maltija kellha diskussjonijiet fil-Parlament tal-Federazzjoni Russa maċ-Chairman u Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Internazzjonali dwar kif għandha tiżdied il-koperazzjoni bejn il-parlamenti rispettivi u dwar ir-relazzjonijiet bilaterali.   Kien hemm bdil ta’ ideat dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, il-Lvant Nofsani u kwistjonijiet oħra internazzjonali.  Id-delegazzjoni Maltija kellha diskussjonijiet ukoll ma’ rappreżentanti ta’ United Russia, li huwa l-partit fil-gvern, u ma’ rappreżentanti ta’ partiti politiċi oħra.  

Id-delegazzjoni Maltija mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kienet immexxija mill-Onor Jason Azzopardi, President tal-Kumitat, l-Onor Membri Leo Brincat,  Mario de Marco, Clyde Puli u George Vella.  Din iż-żjara saret fuq stedina ta’ Konstantin I. Kosatchev, Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Internazzjonli tal-Parlament Federali tar-Russja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow