Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ MILL-MINISTRU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI MARITTIMU

PR1307
Date Icon 28/09/2006

Illum huwa il-Jum Dinji Marittimu. Dan il-jum ġie stabbilit mill Organizzazzjoni Dinjija Marittima. Din il-ġurnata sservi biex tinħoloq kuxjenza dwar inizjattivi f’dan il-qasam. Il-ħidma tal-Gvern fis-settur Marittimu kemm fil-kuntest lokali, kif ukoll fil-fora internazzjonali, huma kkordinati mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta. 

Ir-rwol prinċipali ta’ l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta, fi ħdan il-Ministeru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni hu li tirregola l-qasam Marittimu u li toħloq ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta’ dan is-settur. 

Dan ix-xogħol jinkludi:

·        Żvilupp fir-relazzjonijiet marittimi ma’ l-UE, l-IMO u ma’ pajjiżi oħra, speċjalment fil-Mediterran. Eżempju. Motorways of the seas;

·        Ir-reġistru tal-bastimenti;

·        Il-Portijiet;

·        Il-Yacht Marinas 

F’dan il-jum għandna għalhekk niftakru li għandu jkun hemm koordinazzjoni sħiħa fil-ħidma marittima ta’ pajjiżna. Kull settur marittimu għandu l-valur partikolari tieghu, iżda il-veru valur jinkiseb bil-koordinazzjoni tas-setturi kollha flimkien.  

Matul ix-xhur li għaddew inbeda l-proċess li għandu jwassal għar-riforma kompleta tax-xogħol fil-portijiet tagħna. L-istess proċess kellu jimxi b’pass iktar mgħaggel izda ċ-ċirkostanżi li nqalgħu f’dawn l-aħħar gimgħat, ma ppermettewx dan iseħħ. Issa li s-sitwazzjoni trejunjonistika reggħet għan-normal nemmen li l-proċess tal-bidla jista’ jerga’ jaqbad ritmu tajjeb biex jiġi konkluż fl-iqsar żmien possibli. 

Ix-xogħol fil-portijiet tagħna jiddependi minn dawn il-bidliet u għalhekk hu mehtieg li l-pass tal-bidla jitħaffef. 

F’oqsma oħra marbuta mas-settur marittimu hu mistenni li Malta tkun minn ta’ quddiem bis-sehem tagħha, fil-livell Ewropew biex il-Green Paper dwar il-politika marittima mfassla mill-Kummissarju Malti Joe Borg, tiġi adottata u mwettqa fi-żmien li ġej. 

Matul ix-xhur li ġejjin Malta ser tibqa’ mpenjata’ biex tassigura li l-bidliet neċessarji jissaħħu. Ser inkomplu ukoll naraw li oqsma Marittimi oħra, bħal m’hu r-registru tal-vapuri jibqgħu javvanzaw u jtejbu l-istatura mondjali tagħhom bħalma ġara din is-sena meta Malta daħlet għall-ewwel darba fl-hekk imsejħa While List tal-Paris Memorandum of Understanding. 

Fil-livell lokali ser inkomplu wkoll naħdmu biex ħtigijiet marittimi lokali jintlaħqu. F’dan il-qasam, minbarra l-bidliet fil-portijiet, liema bidliet huma għodda mportanti biex tiżdied il-kompetittivita ta’ pajjizna, irridu wkoll naħdmu biex faċilitajiet oħra meħtiega bħal ma huma Yacht Marinas, ikomplu jikbru u jtejjbu il-faċilitajiet li għandna. 

F’dan il-Jum Marittimu internazzjonali, l-appell tiegħi lil kull min jaħdem jew jiddependi minn dan is-settur hu biex jaghti sehemhu biex dan il-qasam ikompli jiżviluppa u jissaħħaħ fl-aħjar interess ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow