Left arrow Go Back

RISTORANT ĠDID B’IKEL MEDITERRANJU

PR1295
Date Icon 27/09/2006

“L-ikel Mediterranju hu llum sinonimu ma’ ikel li jagħti s-saħħa. Dan it-tip ta’ ikel hu mfittex madwar id-dinja kollha. Għalhekk il-ftuħ tas-Serafino Restaurant,  li se jservi ikel Mediterranju b’elementi ta’ ikel u kċina lokali, se jikkontribwixxi biex inkomplu ngħollu l-prodott kulinarju lokali mat-turisti li jżuruna.” 

Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta inawgura s-Serafino Restaurant f’tas-Sliema li hu immexxi minn Peter Ellul Vincenti u Lisa Cutugno. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’pajjiżna hawn 1,050 ristorant u snack bar. Hu qal li dawn ma jinkludux madwar 150 ristorant ieħor fil-lukandi ta’ Malta u Għawdex. Hu qal li l-ikel huwa ingredjent importanti fis-servizz li jingħata lill-Maltin iżda hu daqshekk ieħor importanti għas-settur turistiku.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-mod kif jissajjar l-ikel, il-preżentazzjoni fuq il-mejda u l-mod kif iġibu ruhhom dawk li jservuh huma kollha fatturi importanti lejn li jkollna prodott aħjar. Hu qal li għalhekk il-Gvern preżenti waqqaf l-Istitut għal-Istudji Turistiċi u ħadem biex isiru korsijiet sew fil-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u fl-Universita’. Hu qal li minn dawn l-istituzzjonijiet edukattivi qed joħorġu dak kollha li jridu jippreparaw u jippreżentaw l-ikel. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-managress ta’ dan ir-ristorant, Lisa Cutugno, hi gradwata ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi (ITS) u tal-kors fl-Istudji Turistiċi fl-Universita’ ta’ Malta fejn għadha kif lestiet it-teżi tagħha dwar l-użu ta’ ikel Malti fir-ristoranti Maltin. Hu qal li anke il-Head Chef Andre’ Spiteri, hu gradwat mill-ITS. Hu qal li dan juri l-importanza ta’ dawn l-istituzzjonijiet fl-iżvilupp tas-settur turistiku. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lil Peter Ellul Vincenti u lil Lisa Cutugno għal din l-inizjattiva tagħhom u awguralhom kull risq. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow