Left arrow Mur Lura

LEJLA TA’ TIFKIRA F’ĠIEĦ IL-KITTIEB ĠUŻE` CHETCUTI

PR1291
Date Icon 26/09/2006

Illum, il-Berġa ta’ Kastilja laqgħat fiha serata ta’ tifkira f’ġieħ il-Kittieb u Poeta Ġuże` Chetcuti.  

Il-programm ikkonsista f’qari ta’ siltiet mix-xogħlijiet tiegħu, features awdjo-viżivi dwar ħajtu u ħidmietu, diskors mis-Sur Adrian Chetcuti, iben Ġuże` Chetcuti kif ukoll mumenti mużikali mal-kitarrista Tony Pace.  Il-wirt letterarju li Ġuże` Chetcuti ħallha lil pajjiżna jikkonsisti f’rumanzi, poeżiji, drammi, novelli kif ukoll kotba tal-lingwa u kritika letterarja.  Fost l-aktar xogħlijiet magħrufa tiegħu ħallielna r-rumanż ‘L-Isqaq’ li kien rebaħ l-aqwa rumanz tas-sena fl-1962.  Ġuże`Chetcuti ħalla din id-dinja nhar it-Tlieta 18 ta’ Lulju, 2006 fl-eta` ta’ 91 sena.       

Is-serata kienet ippreseduta mill-Prim Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi.  Indirizza wkoll l-udjenza il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, l-Onor Louis Galea. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow