Left arrow Mur Lura

IN-NUMRU TA’ PERSUNI LI JAĦDMU BI QLIGĦ JIŻDIED B’722

PR1284
Date Icon 25/09/2006

“Hija bis-saħħa tas-self-employed u sidien tan-negozji żgħar, li jammontaw għal mas-96% ta’ l-attivita’ kummerċjali ta’ pajjiżna, li pajjiżna qed joħloq opportunitajiet ta’ xogħol li qed ikunu kapaċi jieħdu post l-impjiegi li qed jintilfu fil-manifattura.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo kien qiegħed jitkellem waqt laqgħa ma’ numru ta’ self-employed.

L-Onor. Vassallo kompla jgħid li “huwa permezz tan-negozji żgħar fil-qasam tas-servizzi u l-attivita’ kummerċjali li f’pajjiżna qed jinħoloq ix-xogħol.  F’ekonomija fejn it-tibdil qed iwassal biex fabbriki tal-manifattura jagħlqu biex imorru jaħdmu f’pajjiżi fejn il-pagi huma irħas, in-negozji żghar tagħna qed jirnexxilhom joħolqu opportunitajiet oħra ta’ impjiegi, u ħafna huma dawk l-ħaddiema li minkejja li jitilfu l-impjieg tagħhom minn fabbrika tal-manifattura, qegħdin isibu opportunita’ ta’ impjieg f’attivita’ kummerċjali fejn ikunu huma stess li jiftħu negozju jew jibdew jaħdmu f’negozju żgħir.

“Bosta huma dawk is-self employed li minn negozju żgħir illum għandhom negozju akbar.  Kull min kien innovattiv kien mgħejjun jikber u jaħdem u jħaddem.  Il-Gvern preżenti dejjem kien assoċjat ma’ tmexxija li ġabet ix-xogħol lejn pajjiżna u ħarset il-liberta’ tas-suq. Tant li taħt tmexxija ta’ Gvernijiet Nazzjonalista, l-isfidi li jiltaqa’ magħhom min ikun fin-negozju dejjem kienu sfidi relatati ma’ suq li jkun qed jikber.  Fil-preżent l-akbar sfida ta’ kull min huwa self-employed hija l-kompetizzjoni ħarxa tas-suq.  Dan kollu huwa riżultat ta’ żieda fin-numru ta’ operaturi fil-kummerċ.  Illum għandna min jgħid li suq Malti qed jinħass żgħir għaliex fih, ħafna kienu dawk is-sidien ta’ negozju li sabu l-ħila li jkabbru.  Qatt daqs illum ma nħasset sinerġija fil-Gvern kollha mmirata biex il-Gvern jgħin lill-kummerċ ikompli jikber biex joħloq aktar impjiegi ġodda”.

“Il-Programm ta’ Ħidma tal-Gvern favur is-sidien tan-negozji żgħar u s-self employed li ġie ppubblikat mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, għandu viżjoni u inċentivi konkreti u prattiċi.  Fil-Programm ta’ Ħidma wieħed isib 44 inizjattiva konkreti maħsuba biex jirrispondu għal 44 sfida jew problema li qed jiltaqgħu magħha is-self employed.  Il-Gvern huwa kritiku u konxju tar-realta’ li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha s-self-employed.

“Jekk wieħed iħares ukoll lejn il-pre budget document wieħed isib li l-pjanijiet tal-Gvern għall-budgetli ġej huma riżultat ta’ viżjoni ta’ partit politiku li huwa qrib tas-self-employed u konxju ta’ l-isfidi reali tal-pajjiż.  Il-qofol tal-politika fiskali tal-Gvern Nazzjonalista hija mmirata lejn it-tisħiħ tas-suq u l-kummerċ.  Il-Gvern irid aktar flus fl-idejn, aktar infieq, aktar kummerċ, konsumaturi sodisfatti u Gvern anqas involut fil-kummerċ.  Permezz ta’ dan kollu jinħolqu aktar impjiegi.  Dan huwa Gvern li jemmen f’intrapriża privata għall-kuntrarju ta’ Gvern Laburista li jemmen aktar f’kontrolli u aktar negozju f’idejn il-Gvern u anqas inzjattiva privata.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal ukoll li “llum l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tikber f’suq fejn, skond l-aħħar statistika maħruġa mill-NSO (204/2006) ħareġ biċ-ċar kemm l-ekonomijatagħna, bis-saħħa ta’ ħafna negozji żgħar u self-employed flimkien ma’ l-enerġija ta’ l-investiment barrani, wasslet biex in-numru ta’ persuni li jaħdmu bi qliegħ żdiedu.  Meta wieħed iqabbel in-nurmru ta’ persuni li ħadmu bi qliegħ f’April tas-sena l-oħra ma’ dawk f’April ta’ din is-sena, wieħed jista’ jara li dan in-numru żdied b’722, filwaqt li n-numru ta’ dawk li kienu qed ifittxu x-xogħol naqas b’179 meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena l-oħra.  Din iż-żieda fin-numru ta’ persuni li jaħdmu bi qliegħ u t-tnaqqis ta’ qagħad fiha sinifikat akbar meta wieħed jikkonsidra l-laboursupplyfl-istess perjodu żdiedet b’543.

“In-numru ta’ persuni li impjegati fis-settur privat f’April ta’ l-2006 kienu 93,3125 persuna filwaqt li f’April tas-sena l-oħra (2005) kienu 91,255.  Id-differenza turi li f’din is-sena s-settur privat kiber b’1,870 persuna.

“Meta wieħed iħares lejn in-numru ta’ self employed, wieħed jara wkoll żieda ta’ 154 f’April li għadda fuq April ta’ l-2005.  Fil-fatt, f’April 2006 in-numru ta’ self-employed kien laħaq 16,345, filwaqt li f’April ta’ 2005 kien hemm16,299. 

“Żdied ukoll in-numru t’impjegati b’mod ġenerali u fejn April 2005 kien hemm 120,519 impjegat, f’April 2006 in-numru t’impjegati laħaq 121,445.  Dan ifisser żieda ta’ 926 impjegat.

“Dan kollu jixhed li l-ekonomija ta’ pajjiżna mmexxija minn Gvern Nazzjonalista qed tgħin biex kull min qiegħed jinnegozja, kemm jekk kbir kif ukoll jekk żgħir, ikollu l-aħjar opportunitajiet fejn jikber fil-ħila imprenditorjali tiegħu,” temm jgħid  is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow