22 KOR U 15-IL PAJJIŻ JIPPARTEĊIPAW FIL-KOMPETIZZJONI U L-FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-KORIJIET TA’ MALTA
Il-Kompetizzjoni Internazzjonali ta’ Malta tal-Korijiet – Festival ta’ Mużika Sagra u Sekulari ser jinżamm f’Malta bejn id-9 u it-12 ta’ Novembru.
L-organizzazzjoni ta’ din l-attività qed issir bi sħab bejn il-Fondazzjoni Interkultur, assoċjazzjoni li tispeċjalizza fl-organizzazzjoni ta’ festivals tal-korijiet madwar id-dinja, u l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ ser isir fil-belt Valletta nhar il-Ħamis, 9 ta’ Novembru fis-6.00 pm. Il-korijiet li ser jipparteċipaw ser jiltaqgħu Bieb il-Belt minfejn ser jimmarċjaw f’parata kkulurita min Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, il-Barrakka ta’ Fuq u lura lejn il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fejn jintlaqgħu mill-Onor Dr Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turiżmu u Kultura.
Il-Ġimgħa u s-Sibt 10 u 11 ta’ Novembru jsiru fil-Knisja ta’ San Duminku u fl-Università l-Qadima l-Belt, il-kompetizzjonijiet tal-kategoriji differenti ta’ korijiet. Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt 9, 10 u 11 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran ser jittellgħu workshops dwar l-aspetti differenti tal-mużika korali u kant. Il-Ġimgħa u s-Sibt 10 u 11 ta’ Novembru dawk il-korijiet li ma jkollhomx attivitajiet oħra se jtellgħu kunċerti ta’ ħbiberija f’Misraħ il-Ħelsien u Misraħ ir-Repubblika (Pjazza Reġina) fil-belt Valletta. Il-Ħadd 12 ta’ Novembru filgħodu korijiet ser jieħdu parti u jkantaw waqt il-quddies fi knejjes differenti ta’ Malta.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ser tittella’ Ċerimonja tal-Paċi fejn il-korijiet li qed jipparteċipaw jitolbu u jkantaw flimkien għall-paċi. Is-Sibt 11 ta’ Novembru fis-7.30 pm ser jittella’ Gala Concert fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran. Matul dan il-kunċert l-Orkestra Nazzjonali, bil-parteċipazzjoni ta’ uħud mil-korijiet li ser jieħdu sehem fil-festival, ser tesegwixxi mużika l-aktar ta’ kompożituri Maltin. Il-Ħadd filgħaxija fil-5.00 pm, l-aħħar lejl, ser ikun hemm ċerimonja ta’ l-għoti tal-premjijiet fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran.
F’dan il-Festival ser jipparteċipaw 22 kor mid-Danimarka, Fillandja, Franza, Ġermanja, Greċja, Ungerija, Israel, Italja, Polonja, Russja, Slovenja, Ċina, Ukrajna, Sveżja u Malta. Dawn ser jikkompetu fi ħdax-il kategorija differenti ta’ mużika sagra, sekulari u folk.
Il-ġurija ta’ seba’ ġurati internazzjonali ser tkun responsabbli mill-klassifikazzjoni fl-livelli ta’ deheb, fidda u bronz tal-korijiet li ser jipparteċipaw. Il-klassifika ser issir skond kriterji ta’ Musica Mundiaddottati mill-Interkultur matul il-kompetizzjonijiet minn korijiet. Tlieta mill-ġurati li huma personilitajiet rinomati, ser imexxu s-seminars dwar suġġetti differenti ta’ mużika korali. Dawn il-personilitajiet jinkludu lil Sir David Wilcocks ta’ 86 sena, l-espert leġġendarju Ingliż tal-korijiet li fost il-ħafna esperjenzi prestiġġjużi tiegħu, kien responsabbli għall-mużika tal-koronazzjoni tal-Majestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta.
Għal dawn l-attivitajiet l-pubbliku in ġenerali hu mistieden li jipparteċipa. Membri Maltin ta’ korijiet differenti huma mistiedna li jipparteċipaw, speċjalment fis-seminars li ser jsiru tul il-festival, anke biex itejbu t-teknika tagħhom.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-Kompetizzjoni Internazzjonali ta’ Malta tal-Korijiet – Festival ta’ Mużika Sagra u Sekulari waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Ministeru.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li 17 il-sena minn mindu bdiet tkun organizzata, il-Kompetizzjoni Internazzjonali ta’ Malta tal-Korijiet qed tingħata sura ġdida permezz tal-kompetizzjoni internazzjonali. Hu qal li l-libsa l-ġdida għandha tkun aktar popolari mhux biss għaliex hemm aktar kategoriji iżda wkoll għaliex il-korijiet ser ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’workshops, kunċerti f’lokalitajiet differenti u kant fi knejjes waqt servizzi reliġjużi.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-politika tal-Gvern kienet li l-kultura titressaq dejjem aktar lejn il-poplu. Hu qal li permezz ta’ dan il-festival u kompetizzjoni l-pubbliku Malti qed jingħata l-opportunità li jsegwi korijiet minn 15-il pajjiż differenti.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-festivals internazzjonali jikkontribwixxu wkoll lejn it-titjib tal-prodott turistiku. Hu qal li qed nikkompetu ma’ numru ta’ pajjiżi li qed joffru prodott orħos minn tagħna u għalhekk ridna nikompetu fil-kwalità.
Il-Ministru tat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-Fondazzjoni Interkultur għall-appoġġ tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dan il-festival u lil Dun Ġwann Galea li kien il-mutur wara din l-inizjattiva.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958