Left arrow Go Back

GROUND TAT-TURF ARTIFIĊJALI FL-ISKOLA PRIMARJA TA’ ĦAL KIRKOP

PR1274
Date Icon 21/09/2006

Bħalissa qed isiru l-aħħar xogħlijiet fl-iskejjel tal-Gvern biex dawn ikunu lesti għall-bidu tas-sena skolastika l-ġdida li tibda nhar it-Tnejn li ġej.  Ix-xogħlijiet li saru f’aktar minn 30 skola b’investiment ta’ madwar Lm 2.4 miljun jinkludu xogħlijiet li jvarjaw minn bini u estensjonijiet, refurbishment u mmodernizzar, bdil ta’ soqfa u aperturi, manutenzjoni, u titjib fil-faċilitajiet rikreattivi.  Waħda mill-iskejjel fejn qed isir titjib fil-faċilitajiet rikreattivi hi l-iskola primarja ta’ Ħal-Kirkop fejn bħalissa qed isir l-aħħar xogħol fuq il-ground il-ġdid li ser ikun jista` jintuża mit-tfal ta’ l-iskola. 

Il-ground tat-turf artifiċjali sar wara li fl-aħħar xhur tlesta x-xogħol fuq proġett li permezz tiegħu tkabbru u ttejjbu l-faċilitajiet rikreattivi ta’ l-iskola.  Il-proġett kien jinkludi xogħol ta’ skavar, bini ta’ ġibjun għall-ilma, livellar tal-ground biex ikun fl-istess livell tal-bitħa ta’ l-iskola, bini ta’ dressing rooms, showers u faċilitajiet sanitarji biswit il-ground, u l-istallar tal-ground. 

Fl-iskola Primarja ta’ Ħal kirkop il-Gvern diġà wettaq programm ta’ mmodernizzar f’fażijiet differenti fuq numru ta’ snin.  B’dawn ix-xogħlijiet din l-iskola primarja saret waħda mill-aktar skejjel moderni fil-pajjiz. L-ambjent tal-klassijiet u r-riżorsi tat-tagħlim huma ta’ l-aħjar kwalità u issa l-faċilitajiet rikreattivi u sportivi ta’ l-iskola ukoll saru ta’ l-ogħla standards u huma aċċessibbli għat-tfal kollha ta’ l-iskola. Fuq dan il-ground jonqos xogħol ta’ finitura u l-istallazzjoni ta’ sistema ta’ floodlighting għall-użu tal-ground wara nżul ix-xemx. 

Bħalissa hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni li hu wkoll responsabbli għall-isport u l-Klabb tal-Futbol ta’ Ħal Kirkop bl-iskop li jintlaħaq ftehim ħalli l-faċilitajiet sportivi ta’ l-iskola jintuzaw ukoll wara l-ħin ta’ l-iskola għat-training u n-nursery ta’ Kirkop FC. 

Fl-istess hin ix-xogħol għat-tlestija tas-sala u xogħol ieħor fl-iskola ta’ l-Imqabba jinsab fi stadju avvanzat u beda x-xogħol fuq il-bini tas-sala ta’ l-iskola primarja f’Ħal Safi.  L-FTS qed tikkonkludi wkoll id-dokumenti għal ħruġ ta’ tender għal bini ta’ sala f’M’Xlokk u qed tiffinalizza l-pjanijiet għax-xogħol u swali biex jitjiebu l-faċilitajiet fl-iskejjel primarji tal-Gudja u Ħal Lija.  L-FTS qed taħdem ukoll biex is-sena d-dieħla tiġi pubblikata t-tender għall-bini ta’ sala fil-Junior Lyceum Margaret Mortimer f’Santa Luċija.  B’hekk meta jigi finalizzat il-pjan ta’ bini ta’ swali ta’ l-iskejjel imsemmija, l-iskejjel kollha ta’ l-Istat f’Malta jkollhom faċilitajiet tajbin fejn jorganizzaw il-laqghat u l-attivitajiet tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow