GĦOTJA MILL-FOND GĦALL-KAWŻI ĠUSTI LIL FLORIANA FC YOUTH NURSERY
Floriana FC Youth Nursery ibbenefikaw minn għotja ta’ Lm15,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti (National Lottery Good Causes Fund). Din l-għotja kienet ippreżentata lil Floriana FC Youth Nursery mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenech, fi preżentazzjoni li saret fl-Arena ta’ l-Indipendenza li fiha kienu enfażizzati l-iskopijiet tal-fondi li jingħataw minn dan il-Fond.
Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech qal li permezz tal-fondi li l-Gvern jagħti minn dan il-Fond, qed ikunu mgħejjuna assoċjazzjonijiet sportivi u oħrajn li jkunu wettqu inizjattivi u proġetti li minnu jkunu se jibbenefikaw kemm il-klabb involut, kif ukoll is-soċjeta’ u l-komunita’.
Fil-każ ta’ Floriana FC Youth Nursery, l-għajnuna ngħatat għall-proġett ta’ ground bit-turf sintetiku fl-Arena ta’ l-Indipendenza li qed jintuża kemm mill-Floriana FC Youth Nursery, kif ukoll għall-użu tat-taħriġ tat-team tal-Premier ta’ Floriana FC.
Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech enfażizza l-importanza tan-nurseries fil-lokalitajiet u qal li dawn qed iħallu ħafna ġid mhux biss fit-taħriġ tat-tfal fil-football iżda iktar minn kollox fil-formazzjoni taż-żgħażagħ.
Konxju minn dan l-aspett, il-Gvern hu determinat li jkompli jgħin lil dawn l-assoċjazzjonijiet fil-ħidma tagħhom għall-fatt li l-fondi mogħtija huma strumentali biex dawn il-proġetti jitwettqu.
Is-Segretarju ta’ Floriana FC, Dione Borg esprima l-apprezzament tal-klabb Furjaniż għal din l-għotja u qal li l-komunita tal-Floriana tapprezza din l-għajnuna għaliex permezz tagħha, se jkomplu jitjiebu l-faċilitajiet sportivi fil-Floriana. Wara li xi snin ilu Floriana FC ingħataw it-titlu fuq l-Arena ta’ l-Indipendenza fil-Floriana, il-klabb wettaq proġetti biex il-faċilitajiet sportivi fl-Arena jkunu mtejba. Fost dawn hemm il-ground bit-turf sintetiku ta’ l-għola livell li qed joffri l-aqwa faċilitajiet għall-isportivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958