Left arrow Mur Lura

ESPERJENZA TAL-KAPITALI PERMEZZ TAL-‘VALLETTA AUDIO GUIDE CITY TOUR’

PR1262
Date Icon 19/09/2006

“Exalta Projects” b’ħidma mill-qrib ma’ Heritage Malta u l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta għadhom kif ippubblikaw ‘my Guide’ City Tour audio tour guide tal-kapitali ta’ pajjiżna. 

Din il-gwida tal-belt hi bi tmien lingwi u tagħti lill-viżitatur l-opportunita’ li jdur mat-toroq tal-belt Valletta waħdu fejn ikun jista’ jiskopri l-istorja u t-teżori kollha moħbija ta’ din il-belt unika.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, li nieda ‘my Guide’ City Tour waqt preżentazzjoni fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arkeoloġija fil-belt Valletta, kellu kliem ta’ tifħir għal din l-inizjattiva li ser tkompli tgħolli l-livell tal-prodott Malti u ser tgħin lit-turist biex ikabbar l-esperjenza tiegħu dwar pajjiżna. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-attivitajiet li qed ikunu organizzati fil-belt Valletta qed igħinu biex il-ħajja fil-kapitali ta’ pajjiżna ma tieqafx ma nżul ix-xemx. Hu qal li wara l-esperjenza sabiħa tal-Festival Kulturali tas-Sajf li organizza l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura, f’Ottubru ser jiġi organizzat mill-istess Kunsill “Lejl Imdawwal”, lejl sħiħ ta’ attivitajiet kulturali li għandu joħroġ is-sbuħija tal-belt anke bil-lejl. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fil-belt Valletta qed ikunu organizzati diversi attivitajiet tal-massa sew mill-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta, kif ukoll mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti kif ukoll mis-settur privat.  Hu qal li kemm it-Teatru Manoel kif ukoll iċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran u l-Kavallier ta’ San Ġakbu qed jikkontribwixxu bil-kbir biex il-ħajja fil-belt tissokta meta jidlam. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan kollu wassal biex fetħu fil-belt aktar ristoranti u wine bars u biex fix-Xatt tal-Belt, fil-Valletta Waterfront, illum hemm kumpless ta’ ristoranti, bars u ħwienet oħra li joffru servizz lill-Maltin u lit-turisti f’ambjent mill-aktar sabiħ. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li permezz ta’ ‘my Guide’ City Tour it-turist jista’ issa jesperjenza r-rikezzi li għandna fil-belt Valletta, belt barokka li nbniet mill-Kavallieri ta’ San Ġwann u li llum hi meqjusa mill-UNESCO bħala wirt dinji ta’ l-umanita’. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fi żmien meta qed isir minn kollox biex il-viżitatur f’pajjiżna nagħtuh esperjenza ta’ dak li noffru, inizjattivi bħal din li qed joffru “Exalta Projects” huma ta’ min jinkorraġihom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow