Left arrow Go Back

KARNIVAL TA’ MALTA 2007 - ĦRUG TA' KONKORSI

PR1261
Date Icon 19/09/2006

Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor  fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li jaqa’ taħt il-Ministeru għat-Turizmu u l-Kultura  tħabbar li l-Karnival 2007 se jiġi ċċelebrat bejn s-16 u l-20 ta’ Frar, 2007 . 

Għall-edizzjoni ta’ dan il-Karnival qed jiġu mnedija dawn il-Konkorsi Kompetittivi :-

Konkors Nru 1 :-  Marċi Grotteski (Baned) -  b'mhux anqas minn 50 bandist flimkien ma' grupp ta’ allegrija (ta' mhux anqas minn 16 il-persuna li jridu jipparteċipaw mal-Banda u joħolqu briju umoristiku fuq l-istess tema tal-Banda) 

Din il-kompetizzjoni se tkun maqsuma u ġġudikata f’żewġ taqsimiet: (a) waħda se tkun dik tal-ħoss u selezzjoni mużikali u (b) l-oħra kostum u allegrija

                                                                        HOSS/SEL. MUZ     KOSTUM/ALLEG.
                        L-Ewwel Premju                      Lm1,500                      Lm 1,200
                        It-Tieni Premju                         Lm 1,230                     Lm 1,120
                        It-Tielet Premju                        Lm 1,100                     Lm    900 

Konkors Nru 2  :- Karrijiet Trijonfali  - Kategorija “A”.

L-Ewwel Premju                      Lm  1,075
                                    It-Tieni Premju                         Lm   975
                                    It-Tielet Premju                        Lm   875                                   

Konkors Nru 3  :- Karrijiet Trijonfali  - Kategorija “B”.

L-Ewwel Premju                      Lm  950
                                    It-Tieni Premju                         Lm  850
                                    It-Tielet Premju                        Lm  725                                   

Konkors Nru 4  :- Karrijiet Trijonfali - Kategorija “C” .

L-ewwel Premju                       Lm 750
                                    It-Tieni Premju                         Lm 680
                                    It-Tielet Premju                        Lm 600

Konkors Nru 5  :-   Maskri Grotteski

L-Ewwel Premju                      Lm 500
                                    It-Tieni Premju                         Lm 475
                                    It-Tielet Premju                        Lm 450                                   

Konkors Nru 6 :- Kumpanija bil-Kostum (Tfal)  fuq Karru  Dekorat. - Kategorija "C" .  Il-Kumpanija tkun ta’ mhux anqas minn tmintax (18)-il tifel u/jew tifla u ta’ mhux aktar minn 32 tifel u/jew tifla ta’ eta’ minn 13-il sena ‘l isfel fid-19 ta’ Frar, 2007. 

KOSTUMKARRU                       ZIFNA
L-Ewwel PremjuLm 625                        Lm 720                        Lm 350It-Tieni Premju                         Lm 550                        Lm 670                        Lm 285It-Tielet Premju                        Lm 500                        Lm 610                        Lm 240

Konkors Nru 7 - Kumpanija Kategorija “B”. Kull kumpanija jrid ikun fiha  mhux anqas minn disa’ (9) koppji ( rġiel u nisa) u mhux aktar minn  erbgħin (40) persuna.                                               

KOSTUM                   ZIFNA

L-Ewwel Premju                Lm 800                      Lm 400
It-Tieni Premju                     Lm 650                       Lm 350
It-Tielet Premju                     Lm 575                       Lm 310 

Konkors Nru 8  :- Kumpanija Koppji bil-Kostum fuq Karru Dekorat - Kategorija “A” .  Il-Kumpanija jrid ikun fiha minn mhux anqas minn 12-il koppja (rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40) persuna.

KOSTUMKARRU                       ZIFNA
L-Ewwel PremjuLm 975                        Lm 920                        Lm 450It-Tieni Premju                         Lm 875                        Lm 820                        Lm 400It-Tielet Premju                        Lm 775                        Lm 720                        Lm 350

Konkors Nru 9 :–  Karrijiet Trijonfali Kategorija “D”

Kull item li jieħu sehem f’dan il-Konkors jingħata sussidju globali ta’ Lm 200  ( jekk jintlaħaq il-livell mixtieq ) u jkun hemm premju wieħed ta’ Lm 100 u garanzija li l-partecipant rebbieh fil-Karnival ta’ wara jkun jista’ jieħu sehem b’Karru Trijonfali Kategorija “C”.  Jingħata sussidju ta’ mhux aktar minn 50% ta’ l-ispejjez tar-rikording tal-mużika tal-karru.  Ma jkunx hemm sussidji ohra f’din is-sezzjoni

Konkors Nru 10 :– Kumpanija taż-Żfin Kategorija “D” 

Kull Kumpanija f’din il-Kategorija trid tkun komposta minn mhux anqas minn disa’ (9) koppji u mhux aktar minn erbgħin (40) persuna.  Jista jkun hemm ukoll mhux aktar minn żewġ (2) mascots li ma jagħmlux parti mill-Kumpanija / Żifna. 

Iz-zeffiena f’din is-sezzjoni jridu jkun ta’ eta’ akbar minn 12-il sena nhar id-19 ta’ Frar, 2007. 

Kull Kumpanija tingħata sussidju globali ta’ Lm 200 ( jekk jintlahaq il-livell mixtieq) u jkun hemm premju wieħed ta’ Lm 50 għall-Kumpanija rebbieħa flimkien ma garanzija li l-partecipant registrat ikun jista’ jieħu sehem b’Kumpanija Kategorija “B” fil-Karnival 2008. Jingħata sussidju ta’ mhux aktar minn 50% ta’ l-ispejjez tar-rikording tal-mużika taż-żifna. Ma jkunx hemm sussidji ohra f’din is-sezzjoni

Sussidji ohra

Il-Karrijiet Trijonfali Kategorija A , B u C u Karrijiet tal-Kumpanija Kategorija A u C

Lm 75 lil kull parteċipant biex jipprovdi traktormeħtieġ. 

Lm 90 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trajlermeħtieġ.

Jinghata Servizz  limitat ta’ crane u cherry picker f’St. Iermu filwaqt li partecipanti bil-karrijiet mhux armati f’St. Iermu jinghataw sa mhux aktar minn Lm50 sussidju għal kiri ta’ ngenji bżonnjuzi fl-armar u ż-zarmar tal-karru fejn il-każ ikun meħtieġ u ġustifikat. Dan isir bi ftehim bil-miktub minn qabel ma’ l-Uffiċċju tal-Kummissjoni. 

Maskaruni

Lm 100 lil kull parteċipant biex  ikopri parti mill-ispiza tar-reffiegħa

Lm 20 lil kull parteċipant biex ikopri parti mill-ispiza tal-garr  tal-maskaruni għal u lura mill-isfilata u l-ħazna tagħhom. 

Kumpanija

Tingħata għajnuna finanzjarja skond il-ħtieġa ghal dawk li jikru swali għall-provi taż-żfin. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar dan il-kiri minn qabel.  Tali għajnuna ma teccediex is-somma ta’ Lm 75 u ssir skond il-kaz.  

Tagħrif Ġenerali

·               L-applikanti  li jiġu aċċetati biex jieħdu sehem f’dawn il-konkorsi ( għajr dawk ta’ Kategorija D) jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-Karnival u 10%  ta’ l-istess premju wara l-parteċipazzjoni ta’ l-entratura (item) fil-Karnival (jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq).  Dan il-ħlas bil-quddiem jiġi mnaqqas mill-premju fil-każ tar-rebbieħa.

·               Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor iżżomm  d-dritt li tistabilixxi n-numru massimu ta’ konkorrenti f’kull konkors. 

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230, “Casa Gaspe”, Triq ir-Repubblika, Valletta kuljum minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Ottubru sal- Ġimgħa 6 ta’ Ottubru 2006 bejn id-9.00a.m. u nofs in-nhar.  Ma’ l-applikazzjoni jintalab depożitu ta’ Lm 20 għal kull applikazzjoni.  Id-depozitu ta’ Lm 20 jingħata lura mal-premju wara l-Karnival imma  ma jingħatax lura f’każ meta l-applikant jirtira mill-konkors jew l-item in kwistjoni tigi għal xi raġuni skwalifikata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow