Left arrow Mur Lura

MALTA TAPPOĠĠJA SKEMA FL-INTERESS TAT-TFAL

PR1257
Date Icon 19/09/2006

“Gvern li jagħti kas ta’ kull sezzjoni tas-soċjeta’ Maltija għax dan hu gvern li bil-fatti qiegħed viċin tal-poplu”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u Sajd, Dr Francis Agius, meta l-bieraħ wasal lura Malta minn Brussel fejn attenda għal-Laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Il-Kunsill tal-Ministri kkonsidra l-iskema tal-ħalib għat-tfal ta’ l-iskola, fejn proposta Daniża ssuġġeriet illi l-ħlasijiet tas-sussidju fuq din l-iskema ma jibqgħux jinħadmu fuq il-kontenut tax-xaħam fil-ħalib, iżda fuq kriterji li huma iktar marbutin mas-saħħa u l-interessi ta’ valuri ta’ nutrizzjoni moderni.  

F’intervent li għamel is-Segretarju Parlamentari Agius, huwa qal li Malta tappoġġja l-pożizzjoni li ppreżenta l-Gvern Daniż peress li din qegħda tuża bħala bażi l-aħjar interessi tas-saħħa tat-tfal.  

L-iskema ta’ sussidju Ewropew għall-ħalib li jitqassam lit-tfal ta’ l-iskola kollha, kemm tal-gvern, kif ukoll dawk li m’humiex, hija mistennija tibda titħaddem f’pajjiżna mill-bidu tas-sena skolastika li ġejja. 

Dan il-Kunsill kompla jiddiskuti ir-riforma ta’ l-inbid, fejn Dr Agius ressaq il-pożizzjoni ta’ Malta dwar il-miżuri proposti f’din ir-riforma. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow