SKEMA TA’ ASSISTENZA FINANZJARJA GĦALL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI U GRUPPI TA’ VOLONTARJAT F’GĦAWDEX
Il-Ministeru għal Għawdex qed jerġa’ jniedi l-Iskema t’Assistenza Finanzjarja lill-Għaqdiet mhux Governattivi u Gruppi ta’ Volontarjat Għawdxin jew li joffru servizz fil-gżira Għawdxija li huma membri ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Organizzazjonijiet mhux Governattivi Għawdxin. Dan isir sabiex is-settur tal-Volontarjat ikun jista’ jtejjeb il-ħidma tiegħu u għaldaqstant isaħħaħ it-tessut soċjali Għawdxi.
Matul is-snin li għaddew madwar mitejn għaqda minn setturi differenti bbenefikaw b’eluf ta’ liri minn din l-iskema – f’Jannar tqassmu madwar Lm14,000 għall-2005. Għal din is-sena saru xi bidliet fir-regolamenti u l-formola ġiet simplifikata.
Kopji ta’ l-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru miċĊentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi, Xewkija (tel. 21565492), jew mill-Ministeru għal Għawdex (tel. 21561482). L-Organizzazjonijiet li diġa’ huma membri jirċievu kopja bil-posta.
Il-formli mimlija sewwa jridu jaslu ċ-Centru sad-29 ta’ Settembru. Għal iktar informazzjoni, tista’ tintbagħat Email fuq ngocentregozo@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958