Left arrow Mur Lura

STAĠUN TA’ ATTIVITA’ KBIRA MILL-ORKESTRA NAZZJONALI

PR1253
Date Icon 16/09/2006

“L-istaġun 2006/2007 ser jkun għall-Orkestra Nazzjonali staġun ieħor ta’ attivita’ qawwija maħsuba biex tolqot il-pubbliku kollu u tikkontribwixxi biex il-poplu Malti jsir aktar konxju mill-mużika li hi parti mportanti mill-kultura nazzjonali.” 

Dan stqarru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech meta nieda l-istaġun 2006/2007 ta’ l-Orkestra Nazzjonali waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-kwartieri ta’ l-Orkestra Nazzjonali fil-belt Valletta. 

Matul l-2006/07 l-Orkestra Nazzjonali ser tkompli torganizza kunċerti kbar bħal kunċert ta’ Jum l-Indipendenza; l-iState Concert li jospita l-President ta’ Malta; żewġ kunċerti nazzjonali f’Malta u kunċert tal-Milied f’Għawdex, li jittellgħu f’Diċembru; il-Kunċert ta’ l-Epifanija; il-Grand Concert fiċ-Ċentru tal-Konferenzi; u l-EU Celebration Concert. L-Orkestra Nazzjonali ser ittella’ wkoll Grand Concert fit-Teatro Rossini, f’Pesaro l-Italja. 

L-Orkestra Nazzjonali ser tipparteċipa fil-Festival ta’ l-Opra li jsir f’Marzu fit-Teatru Manoel; ser tieħu parti f’kunċerti u fi produzzjoni flimkien mat-Teatru Manoel f’Jannar, Frar u Mejju tas-sena d-dieħla; u fil-Victoria Arts Festival f’Għawdex f’Lulju 2007. 

L-Orkestra Nazzjonali ser tipparteċipa wkoll f’numru ta’ avvenimenti li jfakkru kompożituri lokali u barranin. Dan ix-xahar ser jittella’ kunċert li jfakkar iċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Shostakovich; f’Novembru ser jitfakkar il-kompożitur Malti Paolo Vassallo, filwaqt li f’Mejju tas-sena d-dieħla ser jtella’ kunċert f’ġieħ Charles Camilleri, kompożitur ieħor Malti.  

L-Orkestra Nazzjonali ser tieħu sehem ukoll fil-Ħames Edizzjoni tal-‘Mediterranean Festival 2006’ ix-xahar id-dieħel; fil-Festival Internazzjonali tal-Mużika f’Ġunju 2007 u ser ittella’ ir-Requiem ta’ Verdi fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran f’Novembru 2007.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-ħidma ta’ l-Orkestra Nazzjonali hi waħda vasta u li qed tinfirex biex tkopri dejjem lis-soċjeta’ Maltija kollha. Hu qal li l-idea li kull sena jkun  organizzat l-avveniment “The National Orchestra GOES POP” niżlet tajjeb ħafna maż-żgħażagħ u għenet biex iż-żgħażagħ Maltin, permezz ta’ din l-attivita’, jsiru aktar konxji mis-sbuħija tal-mużika. Hu qal li dan kien mgħejjun ukoll mit-tnedija ta’ l-Orkestra Nazzjonali għaż-Żgħażagħ f’Diċembru 2004.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Orkestra Nazzjonali kienet qed isservi ta’ kalamita biex tikber l-imħabba lejn il-mużika. Hu qal li f’dan ir-rigward l-inċentivi li addotta l-Bord tad-Diretturi fejn studenti u anzjani qed jingħataw skont ta’ 50 fil-mija fil-kunċerti kollha organizzati mill-Orkestra Nazzjonali, hu pass fid-direzzjoni t-tajba u ta’ min jinkoraggieħ. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-kultura tagħna kienet ta’ kontribut kbir biex pajjiżna kiseb is-sovranita’ li nfakkru kull sena f’Jum l-Indipendenza. Hu qal li kien għalhekk ta’ min ifaħħar l-inizjattivi li qed tieħu l-Orkestra Nazzjonali biex tagħti ġieħ lil kompożituri ewlenin Maltin bħal Paolino Vassallo u Charles Camilleri. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow