Left arrow Mur Lura

IT-TIENI LAQGĦA FIS-SENSIELA “IL-MINISTRU FOSTKOM”

PR1250
Date Icon 15/09/2006

Wara s-suċċess ta’ l-ewwel laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” li seħħet bejn l-Onor. Dolores Cristina u membri tal-pubbliku mill-Kottonera, ser issir it-tieni laqgħa nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru.

Din id-darba jmiss lin-nies li huma residenti fl-irħula ta’ Birkirkara, Ħal-Balzan, Ħal-Lija u l-Iklin.

Il-laqgha ser issir bejn id-9.30 ta’ filgħodu u  n-12.30 ta’ wara nofs in-nhar fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. F’dawn it-tlett siegħat il-Ministru Cristina ser tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu  appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru.

Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care  fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w n-numru tal-karta ta’ l-identità.  Mhux ser jkun possibli li l-Ministru Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, għalhekk l-appuntamenti ser jingħataw  skond min iċempel l-ewwel.

Madankollu n-nies li ma jingħatawx appuntament mal-Ministru xorta waħda se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu flimkienmal-Ministru Cristina. Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jiffissa l-appuntament. Min ma jċemplix xorta waħda jista’ jiġi l-Kunsill Lokali u jitniżżel dak il-hin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard.

Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi.  

Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta u Għawdex. Għalhekk in-nies li m’humiex mill-lokalitajiet imsemmija, mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow