Left arrow Go Back

REGISTRU PUBBLIKU: SKEDA ĠDIDA TA’ ĦINIJIET F’SEZZJONIJIET TAR-REĠISTRU PUBBLIKU

PR1242
Date Icon 14/09/2006

Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jixtieq jinforma lill-pubbliku dwar bdil fil-ħinijiet u fil-ġranet tal-ftuħ ta’ l-Uffiċini b’effett minn nhar it-Tnejn, 18 ta’ Settembru 2006, sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar rigward ħruġ ta’ ċertifikati ta’ stat ċivili, avviżi ghaż-żwieġ, u notifikazzjoni ta’ twelid u ta’ mewt. 

L-uffiċini se jkunu miftuħin sitt (6) ijiem fil-ġimgħa, kif ġej :- 

·        Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30 a.m. u s-2.00 p.m.

·        Kull nhar ta’ Erbgħa, l-uffiċini jkunu miftuħin ukoll mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m.

·        Is-Sibtijiet ikunu miftuħin bejn is-7.30 a.m. u l-11.00 a.m. 

In-numri tat-telefon huma 21238210, 21221775, 21239658. 

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jagħmel użu minn dawn il-ħinijiet speċjali biex jiġu evitati queuesbla bżonn u jinqeda aktar malajr. B’hekk ikun qed jgħin biex jingħata servizz aħjar. 

Il-pubbliku jista’ wkoll jordna ċertifikati ta’ stat ċivili billi juża l-government portal:www.ċertifikati.gov.mtmill-kumdita’ ta’ daru. 

Id-dħul għal dawn l-uffiċini huwa mill-bieb Numru 26 Triq Teżorerija, kantuniera ma’ Triq Santa Luċija, Valletta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow