IL-FESTA TA’ L-INDIPENDENZA 2006
L-Erbgħa, 20 ta' Settembru, 2006
Tqegħid ta' Kuruni fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.
Tqegħid ta' Kuruni miċ-Chairman u d-Deputy Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali, is-Sur Nazju Abela u s-Sur Joseph Borda fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.
Il-kuruni jitqiegħdu f'din is-sekwenza:
| 10.00 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja, Valletta. |
| 10.05 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta. |
| 10.10 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Gerald Strickland - Barrakka ta' Fuq, Valletta. |
| 10.20 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Nerik Mizzi – Misraħ San Gwann, Valletta. |
| 10.30 hrs | Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Ugo Mifsud - Il-Mall, Floriana. |
| 10.45 hrs | Qabar ta’ l-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola. |
| 10.50 hrs | Qabar ta’ l-Ex Prim Minstru Francesco Buħaġiar - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola. |
Il-Ħamis, 21 ta' Settembru, 2006 "JUM L-INDIPENDENZA"
Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann
| 09.00hrs | Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il- Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta. |
| 09.00hrs | Wasla ta' l-E.T. Monsinjur Arċisqof f’Misraħ San Ġwann. |
| 09.12hrs | Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann, Valletta. |
| 09.17hrs | Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati. |
| 09.21hrs | Wasla ta’ l-Onorevoli Prim Ministru. |
| 09.25hrs | Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta. Jingħata s-Salut Nazzjonali u jispezzjona l- Gwardja ta' l-Unur. |
| 09.30hrs | Quddiesa Pontifikali u kant tat-"Te Deum" |
Il-pubbliku in generali li jixtieq jattendi għall-Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mitlub ikun f’postu sa mhux aktar tard mid- 09.00 hrs
11.15 L-E.T. il-President ta’ Malta jippresiedi ċ-ċerimonja ta’ Għoti tal-Midalji ta’ l-Ordni
Nazzjonali tal-Mertu lill-Konsli Onorarji ta’ Malta fil-Palazz il-Belt Valletta.
Tqeghid ta' Fjuri fuq il-Monument ta' l-Indipendenza, Floriana.
| 11.45 hrs | Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja ta' l-Unur jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana. |
| 11.50 hrs | Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument ta' l-Indipendenza. |
| 11.54 hrs | Wasla tal-Kmandant ta' l-AFM fil-Furjana. |
| 11.53 hrs | L-E.T. il-President ta’ Malta u l-Onor Prim Ministru jitilqu mill-Palazz fil-karozza Presidenzjali u immedjatament wara jitilqu s-Sinjura Fenech Adami u s-Sinjura Gonzi fil-karozza tal-Prim Ministru lejn il-Furjana. |
| 11.57 hrs | Wasla ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta u l-Onor Prim Ministru fil-Furjana. |
| 12.00 hrs | L-E.T. il-President ta' Malta u l-Onor. Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument ta’ l-Indipendenza, il-Furjana. |
KUNĊERT TA’ L-INDIPENDENZA
19.00 hrs Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Nazzjonali b’direzzjoni ta’ Mro Micheal Laus fil-Bitħa
tal-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Nota :- Hemm numru limitat ta’ inviti għall-pubbliku in generali. Dawn jistgħu jinkisbu mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Kumitat Festi Nazzjonali, 230 Triq ir-Repubblika, Valletta.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958