Left arrow Mur Lura

ST. VINCENT DE PAUL 5 KM RACE & 1 KM FUN RUN NHAR IS-SIBT 30 TA’ SETTEMBRU

PR1238
Date Icon 13/09/2006

L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ indirizzat konferenza stampa fejn fiha nediet is-St Vincent De Paul 5 Km and 1 Km Fun Run. Preżenti kien hemm ukoll Dr Ronald Fiorentino, Supretendent ta’ San Vinċenz De Paul u Raymond Chetcuti, President tas-St Vincent De Paul Running Group.

L-Onor. D’Amato qalet li din l-attivita’, li qiegħda tiġi organizzata mis-St Vincent de Paul Running Group, ser tittella’ nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru sabiex tfakkar Jum l-Anzjan u l-festa ta’ San Vinċenz de Paul.  Din il-manifestazzjoni sportiva qiegħda tiġi organizzata flimkien mad-Dipartiment ta’ l-Anzjani bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Luqa, Marsa u Qormi, u taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletic Association.

L-Onor. D’Amato qalet li premijiet ta’ flus li jammontaw f’Lm110 se jingħataw lill-ewwel tlett irġiel u l-ewwel tliet nisa li jispiċċaw it-tellieqa.  Trofej, t-shirts, mementos u midalji se jingħataw lill-parteċipanti.  Hemm aktar minn 50 premju x’jintrebħu fl-lotterija fosthom Ideal Beretta Parashock mountain bike (Pedal Power).

Hija ħeġġet lill-anzjani residenti f’San Vinċenz sabiex jipparteċipaw fil-1Km Fun Run, kulħadd skond il-limitazzjonijet tiegħu. Hija nkoraġġiet ukoll lill-qraba tar-residenti sabiex huma jingħaqdu mal-qraba tagħhom, sabiex jagħmluha possibbli biex dawn jipparteċipaw.

Din l-attivita’ ma kienitx tkun possibli mingħajr numru ta’ sponsors u l-partners prinċipali li huma C&F Building Contractors, G&R Trophies u Mr Clean, u Powerade u Kristal se jissupplixxi l-ilma / energy drink waqt it-tellieqa.  Fantasy Radio hu l-istazzjon uffiċjali ta’ tellieqa.

Din il-ħames edizzjoni se tikkonsisti f’Fun Run ta’ 1 Km fir-ring road tar-Residenza, u tellieqa ta’ 5 Km fil-viċinanza tar-Residenza.  Dawk li jixtiequ japplikaw jistgħu jiġbru l-applikazzjoni mill-Uffiċċju tal-Gate tas-Security tar-Residenza San Vinċenz de Paul, Luqa (miftuħ 24 siegħa) jew Galea Souvenir Shop no. 6 South Street, Valletta jew mill-Kunsill Lokali Luqa; jew tista’ ukoll takkwista applikazzjoni wkoll minn fuq il-website www.svpathletics.org.  Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel 79956799 / 22912391.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow