ST. VINCENT DE PAUL 5 KM RACE & 1 KM FUN RUN NHAR IS-SIBT 30 TA’ SETTEMBRU
L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ indirizzat konferenza stampa fejn fiha nediet is-St Vincent De Paul 5 Km and 1 Km Fun Run. Preżenti kien hemm ukoll Dr Ronald Fiorentino, Supretendent ta’ San Vinċenz De Paul u Raymond Chetcuti, President tas-St Vincent De Paul Running Group.
L-Onor. D’Amato qalet li din l-attivita’, li qiegħda tiġi organizzata mis-St Vincent de Paul Running Group, ser tittella’ nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru sabiex tfakkar Jum l-Anzjan u l-festa ta’ San Vinċenz de Paul. Din il-manifestazzjoni sportiva qiegħda tiġi organizzata flimkien mad-Dipartiment ta’ l-Anzjani bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Luqa, Marsa u Qormi, u taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletic Association.
L-Onor. D’Amato qalet li premijiet ta’ flus li jammontaw f’Lm110 se jingħataw lill-ewwel tlett irġiel u l-ewwel tliet nisa li jispiċċaw it-tellieqa. Trofej, t-shirts, mementos u midalji se jingħataw lill-parteċipanti. Hemm aktar minn 50 premju x’jintrebħu fl-lotterija fosthom Ideal Beretta Parashock mountain bike (Pedal Power).
Hija ħeġġet lill-anzjani residenti f’San Vinċenz sabiex jipparteċipaw fil-1Km Fun Run, kulħadd skond il-limitazzjonijet tiegħu. Hija nkoraġġiet ukoll lill-qraba tar-residenti sabiex huma jingħaqdu mal-qraba tagħhom, sabiex jagħmluha possibbli biex dawn jipparteċipaw.
Din l-attivita’ ma kienitx tkun possibli mingħajr numru ta’ sponsors u l-partners prinċipali li huma C&F Building Contractors, G&R Trophies u Mr Clean, u Powerade u Kristal se jissupplixxi l-ilma / energy drink waqt it-tellieqa. Fantasy Radio hu l-istazzjon uffiċjali ta’ tellieqa.
Din il-ħames edizzjoni se tikkonsisti f’Fun Run ta’ 1 Km fir-ring road tar-Residenza, u tellieqa ta’ 5 Km fil-viċinanza tar-Residenza. Dawk li jixtiequ japplikaw jistgħu jiġbru l-applikazzjoni mill-Uffiċċju tal-Gate tas-Security tar-Residenza San Vinċenz de Paul, Luqa (miftuħ 24 siegħa) jew Galea Souvenir Shop no. 6 South Street, Valletta jew mill-Kunsill Lokali Luqa; jew tista’ ukoll takkwista applikazzjoni wkoll minn fuq il-website www.svpathletics.org. Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel 79956799 / 22912391.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958