Left arrow Mur Lura

IKTAR KORSIJIET GĦALL-ADULTI F’GĦAWDEX

PR1236
Date Icon 12/09/2006

Mix-xahar id-dieħel f’Għawdex ser jingħataw iktar korsijiet b’xejn għall-adulti ta’ iktar minn sittax-il sena u li huma residenti f’Għawdex.

Ħdax-il kors fl-artiġjanat qed jiġu offruti bħala parti mill-proġett tal-Ministeru għal Għawdex intitolat ‘Korsijiet fl-Artiġjanat għal Karrieri Sostenibbli f’Għawdex’, b’ko-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi opportunitajiet lill-parteċipanti biex jakkwistaw ħiliet marbuta mal-produzzjoni ta’ xogħol artiġjanali ta’ kwalita’ permezz ta’ taħriġ hands-on u ħiliet marbuta man-negozju, bl-użu ta’ metodi u makkinarju modern.

Għawdxin, Maltin u ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea residenti f’Għawdex u li għandhom sittax-il sena jew iktar, jistgħu japplikaw għal kors jew iktar mill-ħdax li qed jiġu offruti. Il-korsijiet ser jingħataw miċ-Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f’Għajnsielem. Il-korsijiet offruti huma:

  • Metal works
  • Decorative woodwork
  • Decorative stonework
  • Toy making
  • Leather works
  • Ceramics
  • Miniature porcelain
  • Glass works
  • Fashion design
  • Integration of lace in fashion design
  • Silversmith

Il-formoli ta’ l-applikazzjoni mimlija, għandhom jaslu għand iċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri sa mhux iktar tard mill-Ġimgħa 15 ta’ Settembru. Minbarra l-korsijiet ‘Metal works’ u ‘Decorative woodwork’, ser jiġu offruti dawk l-iktar ħames korsijiet minn disgħa li għalihom ikun hemm l-iktar applikazzjonijiet. Fil-każ li jkun hemm korsijiet li għalihom jaslu iktar applikazzjonijiet milli permessi, jintlaqgħu dawk l-applikazzjonijiet fuq bażi ta’ first-come, first-served.

Din hija t-tieni sejħa għal korsijiet fl-artiġjanat organizzati f’Għawdex permezz ta’ dan il-proġett. Iktar kmieni din is-sena nżammu tmien korsijiet fl-artiġjanat. Il-qasam ta’ l-artiġjanat f’Għawdex qed jingħata prijorita’ kbira anke permezz tal-proġett tal-Ministeru għal Għawdex, bl-investiment ta’ €850,000 li qed isir permezz tal-Fond għal Żvilupp Reġjonali Ewropew. Il-proġett jikkonsisti fl-estensjoni ta’ l-istess Ċentru Għawdxi ta’ l-Arti u l-Artiġjanat u t-twaqqif ta’ l-ewwel Incubation Centre għall-artiġjanat f’Għawdex.

Għal iktar informazzjoni dwar il-korsijiet fl-artiġjanat wieħed jista’ jċempel l-istess ċentru fuq 21551493 jew jibgħat email fuq gozo.art.sch@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow