JIDĦLU FIS-SEĦĦ DIVERSI PARTIJIET TAL-LIĠI L-ĠDIDA DWAR L-EDUKAZZJONI
B’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ħamis 7 ta’ Settembru (L.N. 194 ta’ l-2004), il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, daħħal fis-seħħ b’effett mit-Tnejn 4 ta’ Settembru 2006 diversi partijiet tal-liġi l-ġdida dwar l-edukazzjoni li għaddiet mill-Parlament f’Lulju li għadda.
Minbarra diversi artikoli partikolari tal-liġi, daħħlu fis-seħħ b’mod sħiħ it-Taqsimiet li jirrigwardaw il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), u t-taqsimiet li għandhom x’jaqsmu ma’ aspetti ta’ riżorsi umani u finanzjarji ta’ entitajiet edukattivi konċernati.
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni javża lil t-Taqsimiet li jirrigwardaw id-Direttorati, il-Kulleġġi, u l-Professjoni ta’ l-Għalliema ser jidħlu fis-seħħ hekk kif it-tħejjijiet li qed isiru jiġu finalizzati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958