Left arrow Go Back

TISLIMA LIL LEWIS PORTELLI

PR1229
Date Icon 07/09/2006

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea li hu wkoll responsabbli mill-qasam ta’ l-isport, juri s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Lewis Portelli, personalità u veteran fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv li miet illum fl-età ta’ 76 sena.

Il-Ministru Louis Galea qal li Malta tilfet persuna mill-aqwa f’kull sens imma b’mod partikolari fil-qasam sportiv u filantropiku “Lewis Portelli huwa xempju għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin bħala persuna li tat xhieda ħajja u kostanti ta’ l-aqwa valuri umani u spiritwali.  Fil-ħajja tagħha ġabet il-quddiem ix-xandir ta’ l-isport u xerrdet l-imħabba lejn l-isport u l-valuri olimpiċi, persuna li hi mudell ħaj ta’ l-impenn, id-dedikazzjoni u l-ħidma bla waqfien,” sostna Louis Galea.


Lewis Portelli kellu karriera twila fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv tant li kien stabbilixxa ix-xandir ta’ l-isport fuq it-televiżjoni Maltija.  Hu beda l-ħidma tiegħu bħala għalliem iżda fi ftit żmien daħal fit-taqsima tax-xandir fl-iskejjel fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.

Bejn l-1978 u l-1990 ħadem fis-settur privat u fl-1990 sar Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u fl-1992 irtira mix-xogħol għalkemm baqa’ attiv ħafna fil-qasam ta’ l-isport.

Portelli kien ixandar fuq r-redifussion u kien ukoll kummentatur mar-RAI minn Ruma għall-logħob olimpiku li kienet l-ewwel darba li saru xandiriet minn barra minn Malta fl-istorja tax-xandir Malti.  Portelli kellu wkoll xogħol mal-BBC għal żmien qasir. 


Fl-1989 kien irċieva l-International Olympic Committee Trophy għax-xandiriet li kien jagħmel kif ukoll għad-diversi publikazzjonijiet li pproduċa biex jippromwovi il-valuri olimpiċi, filwaqt li aktar riċentament fl-1994, kien mistieden mill-kumitat olimpiku internazzjonali biex jippreżenta paper dwar l-isport fil-pajjiżi ż-żgħar.

Portelli irċieva wkoll il-Medalja tal-Qadi tar-Repubblika u l-Premju Mons. Azzopardi għall-ħidma tiegħu favur id-Dar tal-Providenza.

Il-Ministru Galea esprima l-kondoljanzi tiegħu u tal-Gvern lil-martu u l-familja kollha. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow