Left arrow Go Back

PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA 2006

PR1227
Date Icon 07/09/2006

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol nieda l-proċess li jwassal għall-għoti tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2006.  Għaldaqstant, il-Kumitat ta’ l-Għażla presedut mis-Sur Anthony Tabone, ser jilqa’ nominazzjonijiet minn gruppi ta’ mhux anqas minn għaxar ħaddiema, Trade Unions, Min Iħaddem u Assoċjazzjonijiet ta’ Min Iħaddem u Organizzazzjonijiet Volontarji.  Dawk li diġa’ kienu nominati f’edizzjonijiet preċedenti tal-premju jistgħu jerġgħu jiġu nominati.  In-nominazzjonijiet se jintlaqgħu sa’ l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru 2006 u wara li ssir l-għażla mill-kumitat ir-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2006 jitħabbar f’data li titħabbar aktar tard.

Dettalji dwar dan il-Premju ngħataw dalgħodu mill-Ministru responsabbli mix-xogħol waqt Konferenza ta’ l-Aħbarijiet li matulha tħabbru l-ismijiet tal-membri tal-Kumitat ta’ l-Għażla tal-Ħaddiem tas-Sena 2006.  Il-Kumitat se jitmexxa mis-Sur Anthony Tabone filwaqt li l-membri huma is-Sinj. Josephine Attard Sultana, is-Sinj. Matilde Balzan, is-Sur Mario Camilleri, is-Sinj. Nicolina Farrugia, is-Sur Philip Fenech, is-Sinj. Pamela Muscat u s-Sur Gaetano Tanti. Is-Segretarja tal-Bord hija is-Sinj. Margaret Abdilla.

Il-kriterji għall-għażla tal-‘Ħaddiem tas-Sena 2006’ huma:

·                       Li l-persuna tkun ċittadin u resident ta’ Malta;

·                       Li jkun qeda dmirijietu ta’ ħaddiem b’onesta’ u effiċjenza;

·                       Li jkun wera inizjattiva, inġenjożita’ u kreattivita’ f’xogħlu jew għen biex jitkattar it-tisħib tal-ħaddiema fir-responsabbilta’ u l-parteċipazzjoni fit-tmexxija tax-xogħol; jew b’sagrifiċċju personali saħħaħ is-solidarjeta’ fost sħabu wiċċ imb wiċċ mal-problemi;  jew b’xi mod jew ieħor iddistingwa ruħu bl-għaqda li nissel, bis-servizz u bl-eżempju li ta, bil-kontribut li għamel lill-pajjiż, bis-sens ta’ dedikazzjoni li wera għall-ġustizzja u għad-dinjita’ tal-ħaddiema, jew bil-ħidma li wettaq biex jippromwovi opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol.

Il-Premju Ħaddiem tas-Sena beda jingħata sa mill-1988 b’inizjattiva tal-Ministru Louis Galea stess li dak iż-żmien kien Ministru tal-Politika Soċjali.  Ir-rebbieħa kollha tal-Premju s’issa kienu s-Sur Martin Grasso (1988), Dr Maria Sciberras M.D. (1989), is-Sur Richard Farrugia (1990), is-Sinj. Mary Vella  (1991), is-Sinj. Rita Agius (1992), is-Sur Frans H.Said (1993), is-Sur Francis Cachia (1994), is-Sur Mario Sammut (1995), is-Sur Joe Sammut (1996), is-Sinj. Louisette Pace (1997), is-Sur Joseph Caruana (1998), is-Sur Anthony Bugeja (1999), is-Sur Joe Caruana (2000), is-Sur Alessio Camilleri (2001), is-Sur Edward Borg (2002), s-Sur George Borg (2003), s-Sinjura Nora Macelli (2004) u s-Sinjorina Natasha Farrugia (2005).

Formoli ta’ nominazzjoni qed jintbgħatu fil-Kunsilli Lokali kollha biex jitqassmu skond il-bżonn. Il-formoli għandhom jimtlew u jintbgħatu lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, il-Furjana sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 18 ta’ Ottubru, 2006.  Kull min ikun irid formula ta’ nominazzjoni jista’ jikseb waħda jew mill-Kunsilli Lokali, jew mill-uffiċċju tal-Customer Care tal-Ministeri kollha, jew inkella minn fuq il-website: www.education.gov.mt

Għal aktar tagħrif jew informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-uffiċċju tal-komunikazzjoni fuq in-numri 2598 2512/3 jew bl-e-mail communications.moed@gov.mt 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow