TINTEMM IL-ĦDAX-IL EDIZZJONI TA’ SKOLASAJF
Skolasajf 2006 tiġi fi tmiemha bil-Fieramaratona li ser issir bejn l-Erbgħa 6 ta’ Settembru u l-Ħadd 10 ta’ Settembru 2006, fil-Liċeo tal-Bniet Maria Reġina Blata l-Bajda. Il-Fieramaratona ta’ din is-sena għandha it-tema ‘Flimkien Favur l-Ambjent’ u ssir bl-iskop li ċ-Ċentri kollha ta’ Skolasajf juru t-talenti tagħhom u l-ħidma li wettqu matul it-tmien ġimgħat mill-vaganzi tagħhom. Il-Fieramaratona turi x-xogħlijiet kreattivi tat-tfal f’Wirja Nazzjonali. Ix-xogħlijiet juru l-ħidma kbira li t-tfal għamlu b’rabta mat-tema ta’ l-Ambjent u jvarjaw fuq suġġetti bħall-annimali, il-baħar, riċiklaġġ ta’ l-iskart u ħafna affarijiet oħra. Il-Fieramaratona tagħti wkoll l-opportunità liċ-Ċentri biex itellgħu preżentazzjoni ta’ ftit minuti fit-Teatru Grieg ta’ l-iskola Maria Reġina l-Blata l-Bajda.
Il-Ftuħ Uffiċjali tal-Fieramaratona sar nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru fis-6.30 p.m. Waqt il-Ftuħ Uffiċjali l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ippreżenta premjijiet lil Ċentru ta’ Skolasajf u żewġ studenti (tifel u tifla) li spikkaw fix-xogħlijiet tagħhom li bnew b’rabta ma’ l-Ambjent.
Waqt il-Fieramaratona se jkun hemm numru ta’ preżentazzjonijiet minn Ċentri differenti.
Skolasajf toffri l-opportunità għal edukazzjoni informali fejn it-tfal jieħdu gost u jaqsmu esperjenzi ta’ tagħlim flimkien. Matul is-snin l-esperjenza ta’ Skolasajf wriet li t-tfal ikomplu jikbru bejniethom u tipprovdi opportunitajiet biex jimirħu fir-rapprezentanza simbolika, il-logħob immaġinattiv, l-arti u l-krafts, id-drama, il-moviment u l-mużika u jħossuhom aktar entużjasti lejn sena akkademika ġdida.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958