Left arrow Mur Lura

PROGETT TA’ LM3 MILJUNI FL-ISKOLA TAL-VERDALA F’BORMLA

PR1216
Date Icon 05/09/2006

Beda’ x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta’ l-iskola sekondarja tas-subien fil-Kulleġġ tal-Kottonera b’investiment ta’ Lm3 miljun. S’issa s-sit kien użat mill-iskola Giuzeppi Despott Junior Lyceum.  

Il-Ministru Louis Galea illum għamel żjara biex jara l-bidu tax-xogħol waqt li beda jitwaqqa` l-blokk biex minfloku jitla` l-bini l-ġdid. Waqt li tkun qed tinbena mill-ġdid din l-iskola, l-istudenti tal-Junior Lyceum ġew akkomodati fl-iskola sekondarja Adelaide Cini l-Ħamrun li għadha kif ġiet modernizzata. 

Minbarra l-bini l-ġdid, ser jiġu konservati u restawrati erba’ blokkijiet mill-perjodu kolonjali li fihom insibu s-sala ta’ l-iskola b’arkitettura sabiħa tal-perjodu u storja rikka sa minn żmien il-Kavallieri. Parti mill-bini li ser jiġi restawrat ser iservi bħala laboratorji u bini amministrattiv.  Bini ieħor li kien ittella’ aktar riċenti ser jitwaqqa’ u minfloku ser tinbena l-iskola l-ġdida bi klassijiet, librerija u laboratorji tat-teknoloġija. Il-ground kbir ser jibqa` fiċ-ċentru, iżda ser ikun immodernizzat u se jkun ta’ standard għoli, għar-rikreazzjoni ta’ l-istudenti.  

Il-bini l-ġdid li ser jittella’ ser ikun fih 3 sulari fuq tomna u nofs art. Fih ser ikun hemm 45 klassi u kmamar b’tagħmir ieħor skond il-bżonnijiet. Il-parti li ser tkun tisporġi ‘l barra mill-bini prinċipali ser tintuża għal-laboratorji. Ser ikun hemm 26 laboratorju tat-teknoloġija, kompjuter u xjenza, mibnija fuq tomna u nofs oħra b’għoli ta’ żewġ sulari.   

Diġa’ beda jsir xogħol ta’ restawr fuq il-blokk ta’ l-amministrazzjoni li ġie ikkummissjonat lit-Taqsima Teknika tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Bħala parti mill-proġett ser isir ukoll landscaping tal-forti, u li jinkludi bini ta’ ground tal-futbol b’turf artifiċjali, it-tqegħid mill-ġdid ta’ l-art tal-ground rikreazzjonali, post għall-parkeġġ u pont li jgħaqqad l-iskola mal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera biex ikunu jistgħu jintużaw il-faċilitajiet kollha sportivi mingħajr ma jiġi duplikat xogħol. 

Il-Ministru Louis Galea qal li l-pjan u l-istrateġija li qed iwettaq il-Gvern fl-edukazzjoni huma ta’ fejda kbira għal ulied il-poplu Malti u Għawdxi. "Filwaqt li diġà tejjibna ħafna r-riżultati f’kull livell, ninsabu determinati li nkomplu ntejjbu l-kwalità ta’ l-edukazzjoni biex uliedna jkollhom kull ċans li jirnexxu lkoll."  

Il-Ministru Galea qal li qatt ma sar investiment fit-titjib ta’ l-ambjent ta’ l-iskejjel tal-Gvern daqs kemm sar f’dawn l-aħħar snin. Iżda l-Gvern qed jinvesti wkoll biex is-sistemi u l-għodda tat-tagħlim ikomplu jitjiebu biex aktar u aktar studenti jingħataw l-appoġġ meħtieġ ħalli jirnexxu fl-iskola.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow