Left arrow Mur Lura

KAMPANJA TA’ TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA, 2006

PR1213
Date Icon 05/09/2006

Bħal snin oħra, d-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tfakkar lill-pubbliku dwar il-bżonn li wieħed jitlaqqam kontra l-influwenza staġjonali.  Normalment it-tilqim jibda jingħata fir-Rebbiegħa. 

Anki din is-sena id-Dipartiment tal-Kura Primarja se joffri din it-tilqima mingħajr ħlas lil dawn il-kategoriji ta’ persuni: 

·        Ir-residenti kollha fid-Djar jew istituzzjonijiet, 

·        kull min għandu iżjed minn 55 sena, 

·    kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, taz-zokkor u mard relatat ma’ l-immunodefiċjenza bhal-HIV jew l-AIDS. 

Kull min jitlob it-tilqima minħabba mard kroniku, għandu jippreżenta jew il-kartuna is-safra jew ċertifikat mediku riċenti. 

Bħas-snin mgħoddija, bosta Kunsilli Lokali se joffru dan is-servizz mingħajr ħlas.  Għalhekk il-pubbliku hu mitlub javviċina l-Kunsill Lokali għal aktar informazzjoni.  Min se jagħmel użu mis-servizz tal-Kunsilli Lokali hu mportanti li jagħti ismu lill-Kunsill biex dan ikun mogħti numru adegwat ta’ tilqim. 

Minn din is-sena, it-tobba membri tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba tal-Familja ser ukoll joffru li jiġbru t-tilqima u jagħtuha lil dawk intitolati għaliha.  Wieħed jista’ minn issa  javviċina lil dawn it-tobba u jibbukkja t-tilqima.  Id-Diviżjoni tħeġġeġ biex il-pubbliku jaħseb kmieni u jibbukkja din it-tilqima. 

Din is-sena ukoll id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tistenna domanda qawwija għal dan it-tilqim li mistenni jasal għal nofs Ottubru. 

Apparti dawn l-arranġamenti, wieħed dejjem jkun jista’ jitlaqqam fiċ-Ċentru tas-Saħħa li jaqdi l-lokal.  Dawk li għal xi raġuni jew oħra ma  joħorġux mid-dar jistgħu jitolbu lit-tabib sabiex jagħmel arranġamenti biex jitlaqqmu f’darhom stess mill-infermiera tal-komunità. 

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tħeġġeġ biex kull min jista’ għandu jieħu din it-tilqima kontra l-influwenza u jaħseb biex jibbukkjaha. 

Importanti li ħadd m’għandu jitlaqqam qabel Ottubru għaliex jekk it-tilqima  tittieħed kmieni wisq, it-tilqima ma’ tipprovdix protezzjoni jekk dan l-istaġun l-influwenza tiġi  tard,  kif kienet it-tendenza ta’ dawn l-aħħar snin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow