Left arrow Mur Lura

HATRA TA’ MĦALLFIN U MAĠISTRAT ĠODDA

PR1212
Date Icon 04/09/2006

Il-Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi, illum ħabbar li l-Gvern innomina żewġ imħallfin u maġistrat ġodda.  Permezz ta’ din in-nomina, għall-ewwel darba fl-istorja tal-Qrati f’Maltin, se jkun hemm imħallfin nisa fuq il-bank tal-ġudikatura.  L-Imħallfin ġodda huma l-Maġistrat Abigail Lofaro u Dr Anna Felice, fil-waqt li Dr Audrey Demicoli giet nominata bħala maġistrat.

Il-Maġistrat Abigail Lofaro li għandha 45 sena twieldet Bormla.  Hija rċeviet l-edukazzjoni tagħha fl-Iskola tal-Gvern, Bormla, fil-Kunvent tas-Sacred Heart, fil-Kulleġġ De La Salle u fl-Universita’ ta’ Malta.  Dr Lofaro ggradwat bħala avukat fl-1984, u ħadmet bħala konsulenta legali fid-Dipartiment tad-Djar fejn anki okkupat il-kariga ta’ Aġent Kap tad-Dipartiment.  Hija kienet ukoll membru tal-Kummissjoni għar-Riforma tal-Liġijiet. Fl-2001, il-Maġistrat Lofaro ottjeniet il-grad ta’ Magister Jurisfid-Dritt Ewropew u Komparattiv mill-Universita’ ta’ Malta.  Hija ġiet maħtura Maġistrat fil-Qrati Maltin fid-9 ta’ Jannar, 1996.

Il-Maġistrat Lofaro hija miżżewġa lil Dr Pierre Lofaro LLD, u għandhom tifla.

Dr Anna Felice għandha 49 sena.  Hija iggradwat bħala avukat fl-1981 u okkupat diversi karigi li għandhom x’jaqsmu mal-avvanz tal-mara fis-soċjeta’. Serviet bħala membru tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara għal snin twal, kif ukoll bħala membru ta’ grupp li ħejja r-riforma tal-1993 għal-liġi tal-familja.  Dr Felice kienet ukoll konsulenta mal-Gvern dwar il-Qorti tal-Familja, u Chairperson għal xi żmien taċ-Ċentru Malti tal-Medjazzjoni.  Hija wkoll kienet membru tar-Response Team dwar Investigazzjoni ta’ Abbuż Sesswali tal-Kurja ta’ Malta.  Dr Felice kienet ukoll membru tal-Kummissjoni Elettorali. 

Dr Felice hija miżżewġa lill-kardjologu Dr Herbert Felice, u għandhom żewġt itfal.

Dr Audrey Demicoli, li għandha 37 sena, iggradwat bħala avukat fl-1993.  Għall-ħames snin, Dr Demicoli serviet bħala Chairperson tat-Tribunal għat-Tabiet Żgħar u bħalissa qed tokkupa l-kariga ta’ Chairperson tat-Tribunal Industrijali.  Dr Demicoli qed isservi wkoll bhala Assitent Gudizzjarju, arbitru skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u Kummissarju ta’ Tribunal Lokali.

Dr Demicoli hija miżżewġa lil Dr Andre’ Zerafa LLD u għandhom tifla.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament tal-ħatra tal-Imħallfin il-ġodda ser issir għada t-Tlieta fis-6.00 pm, fil-waqt li l-ġurament tal-Maġistrat il-ġdid ser jittieħed aktar tard.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow