Left arrow Go Back

IL-POLITIKA TAL-GVERN FIS-SETTUR TA’ L-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ISKART

PR1208
Date Icon 02/09/2006

L-Oppożizzjoni qed tirrikorri għal tixrid ta’ miżinformazzjoni u skorrettezzi dwar il-pjani tal-Gvern għall-immaniġġjar ta’ l-iskart, u b’mod partikolari l-immodernizzar ta’ l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin. 

Il-fatti huma li l-Gvern ilu mill-bidu jgħid li mhuwiex minnu li l-impjant ta’ Sant’Antnin kien maħsub biex jilqa’ fih l-iskart kollu ġġenerat f’Malta kif baqgħet tirrepeti b’mod skorrett l-Oppożizzjoni.  Il-Gvern minn dejjem qal li l-pjan hu li l-impjant ikun immodernizzat b’investiment ta’ €17-il miljun u fih imur madwar 71,000 tunnellata ta’ skart, li jikkorrispondi għal madwar terz ta’ l-iskart kollu ġġenerat f’Malta. 

Dan jikkonfermah numru kbir ta’ dikjarazzjonijiet u stqarrijiet pubbliċi mill-Ministru, kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Wasteserv.  Bħala eżempju, l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jikkwota minn stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru fil-15 ta’ Jannar 2005.  F’din l-istqarrija l-Ministeru jgħid li: ”Irid ikun imtenni li fl-impjant modernizzat mhux se jmur l-iskart kollu ġġenerat f’Malta u Għawdex, iżda 70,000 tunnellata minn madwar 240,000 tunnellata ta’ skart li jiġi ġġenerat f’pajjiżna.” 

L-akbar konferma tal-konsistenza tal-Gvern kien proprju l-permess outline maħruġ mill-MEPA għall-faċilita’ ta’ Sant’Antnin f’Settembru 2005 u li jgħid ċar u tond li Sant’Antnin se jittratta biss terz ta’ l-iskart iġġenerat f’Malta u Għawdex.  

Kienet l-Oppożizzjoni li għażlet li ma tismax u issa qed tfittex skuża biex tgħatti l-għemil tagħha. 

Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed tikkonferma li m’għandhiex proposti konkreti.  Filwaqt li titkellem fuq reġjonalita’, l-Oppożizzjoni jmissha tipprova l-ewwel tikkonvinċi lil min fl-istrutturi tagħha stess ikun minn ta’ l-ewwel li joħroġ jopponi kull faċilita’ li tkun proposta f’xi lokalita’ f’Malta u Għawdex.  Dan jgħodd ukoll għall-membri Parlamentari Ewropej li, min banda jisħqu fuq il-bżonn ta’ faċilitajiet aħjar għall-ambjent Malti u fl-istess waqt għadhom ma tilfux okkażjoni waħda biex jippruvaw itellfu fondi li l-Gvern kiseb mill-Unjoni Ewropea għal titjib u bini ta’ faċilitajiet ġodda. 

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkollu strateġija nazzjonali li twassal biex is-settur ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart jkompli jitpoġġa fuq sisien sodi u dan għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.  Din l-istrateġija qed tkun finalizzata u se tkun pubblikata għal konsultazzjoni pubblika.  Il-Gvern jistenna li l-Oppożizzjoni tipparteċipa f’dan il-proċess u aktar minn hekk, li tkun kostruttiva.  L-Oppożizzjoni mhux qed tkun preżenti meta jkun il-waqt tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew meta jitressqu proposti konkreti.  

Issa li l-Oppożizzjoni qed tirrikonoxxi l-ħidma tal-Gvern fil-qasam ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart, qed tgħid ukoll li taqbel ma’ l-impjant ta’ Sant’Antnin kif propost u tirriafferma dak li kien qal il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni meta qal li: “Il-Partit Laburista jemmen li dan l-impjant jista jkun immodernizzat fl-istess ħin izda li ma jitkabbarx”? 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow