Left arrow Mur Lura

INTERNATIONAL WRESTLING COMPETITION GĦAS-SITT DARBA FL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA

PR1207
Date Icon 02/09/2006

“Kompetizzjonijiet sportivi bħal din tal-lum huma bżonjużi biex inrawwmu atleti f’dixxiplini sportivi differenti. L-involviment ta’ pajjiżi barranin jgħin ukoll biex dawn l-atleti jrawwmu esperjenzi internazzjonali”. Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, waqt li kien qed jagħmel id-diskors tal-ftuħ ta’ l-‘Internatiaonal Wrestling Competition’. Din hi s-sitt darba li qed tittella’ din il-kompetizzjoni, organizzata mill-Klabb Lotta ta’ l-Università ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Federazzjoni Maltija Lotta u l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS). 

L-avveniment intrebaħ mill-Klabb ta’ l-Università ta’ Malta meta ħadu l-ewwel post tliet darbiet fi 3 snin konsekuttivi – 2001, 2002, 2003 – u t-tieni post fl-2004. Din is-sena ser jieħdu sehem it-team Artern mill-Ġermanja, it-team mill-Irlanda Hercules, it-team mill-Università ta’ Malta, il-Klabb Furtu Salvatico minn Naxxar, il-Klabb tal-Kulleġġ Stella Maris u għall-ewwel darba l-Klabb Ċentru Sportiv Qawra. Għall-ewwel darba din is-sena ser jipparteċipaw ukoll atleti żgħar taħt it-tnax-il sena.

Il-Klabb Lotta ta’ l-Universita, li ġie mwaqqaf fl-1994, ġie mistieden bosta drabi biex jipparteċipa f’kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom darbtejn il-Ġermanja biex jagħmel taħriġ ta’ training fil-lotta għal ħmistax-il ġurnata. Fl-1996 il-Klabb ġie mistieden f’kompetizzjoni internazzjonali ġewwa Catania fejn spiċċa fit-tieni post u sena wara kien mistieden fl-Irlanda fejn spiċċa fl-ewwel post. Ħames snin wara ġie mwaqqaf il-Klabb tal-Lotta tal-Qawra. Għall-futur il-Klabb għandu ħsieb li jorganizza tournament nazzjonali għall-Milied. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow