Left arrow Mur Lura

IL-FESTA TAL-VITORJA 2006

PR1201
Date Icon 01/09/2006

  Ir-Regatta se ssir bħas-soltu;

·       Jintlaħaq ftehim bejn il-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Kumitat Olimpiku Malti dwar testijiet tad-doping waqt ir-Regatta;

·       Programm dettaljat ta’ l-attivitajiet. 

F'dawn l-aħħar snin, żdied konsiderevolment in-numru ta' cruiseliners li qed jiġu Malta u jimlew il-Port il-Kbir tagħna.  Dan huwa ta' ġid għat-turiżmu ta' pajjiżna u kull Malti għandu jagħmel ħiltu kollha biex ma jtellef xejn minn dan il-progress.   

Pero’ dan l-istess suċċess kien qed joħloq ċerti diffikultajiet għall-organizzazzjoni tar-Regatta Nazzjonali, li ssir fil-jiem nazzjonali tal-31 ta' Marzu u dik tat-8 ta’ Settembru.  B'mod partikolari din is-sena, il-volum ta' bastimenti li se jidħlu u jkunu Malta fit-8 ta' Settembru huwa akbar mis-soltu u kien se jkun impossibbli li r-Regatta tal-Vitorja ssir fil-jum proprju tagħha. 

Wara ħafna laqgħat li ilhom isiru fix-xhur li għaddew u konsultazzjonijiet bejn kull min hu konċernat, il-Kumitat Festi Nazzjonali għandu pjaċir iħabbar li ntlaħaq ftehim li r-Regatta tal-Vitorja se ssir bħas-soltu, jiġifieri fil-jum tagħha, fil-korsa tas-soltu, u bi spazju adegwat għal eluf ta' spettaturi li normalment joħonqu l-moll ta' biswit id-dwana l-antika biex isegwu dan l-isport tradizzjonali.  Barra minn hekk hu ta' pjaċir li nħabbru li qed jiġu kunsidrati xi avvenimenti oħra sportivi ta' esibizzjoni għal waqt ir-Regatta.  Id-dettalji jingħataw aktar 'il quddiem. 

Il-KFN jixtieq jieħu din l-okkażjoni biex jiżżiħajr lil kull min għen biex intlaħaq dan il-ftehim b'mod partikulari lil:  Ministru għat-Turiżmu u Kultura, lis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru, il-VISET plc, l-Awtorita’ Marittima u anki l-Għaqda Regatta Nazzjonali.  Issa li ntlaħaq dan il-ftehim, il-KFN permezz tal-Kummissjoni Regatta flimkien mal-għaqdiet imsieħba fl-Għaqda Regatta Nazzjonali, jintensifikaw it-thejjijiet tagħhom għal din ir-Regatta tant mistennija.  

Bi pjaċir inħabbru wkoll li għadu kemm intlaħaq ftehim bejn il-Kumitat Festi Nazzjonali u l-Kumitat Olimpiku Malti biex it-testijiet tad-doping li jsiru s-soltu waqt it-tiġrijiet tar-Regatta, minn din ir-Regatta stess, se jibdew isiru konġuntement bejn il-KFN u l-KOM u taħt il-ħarsien u l-gwida ta’ l-uffiċjali ta’ l-istess KOM. 

Il-programm sħiħ ta’ l-attivitajiet tal-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru ta’ din is-sena qed jigi ppubblikat ma’ din l-istqarrija.  

programm

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow