Left arrow Mur Lura

L-OPPOŻIZZJONI MA WEĠBITX L-ITTRA TAL-GVERN DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI TA’ L-AKL

PR1198
Date Icon 31/08/2006

B’referenza għall-istqarrija dwar il-kompożizzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) li ħarġet mill-Oppożizzjoni Laburista fit-30 t’Awissu, 2006, li tgħid li: 

            “l-Oppożizzjoni ilha li għaddiet il-proposti tagħha mis-27 ta’ Mejju, u dan għamlitu permezz ta’ nota li ngħatat personalment lill-Viċi Priministru Tonio Borg, waqt il-laqgħa tas-Sindki ġewwa Għawdex”, 

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Intern isostni li hu qatt ma rċieva tweġiba għall-ittra tiegħu tal-24 t’April, 2006, u qatt ma’ ġiet konsenjata lilu nota, u jisfida lill-Oppożizzjoni tippublika din in-nota.  Anzi hu reġa’ kiteb lill-Kelliem Ewlieni  ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor Chris Cardona  fil-21 t’Awissu 2006 u talbu sabiex jibgħat il-proposti tiegħu bil-miktub.  Dana reġa’ m’għamlux, iżda fit-30 t’Awissu ħareġ stqarrija bil-proposti ta’ l-Oppożizzjoni – 4 xhur wara li l-Gvern għamel il-proposta tiegħu. 

Il-Gvern, kif wiegħed li jagħmel, ser jippublika r-Regolamenti meħtieġa, wara li jevalwa il-proposti ta’ l-Oppożizzjoni.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow