SEJĦA GĦAL SIDIEN TA’ NEGOZJI ŻGĦAR U SELF EMPLOYED INVOLUTI FL-INĠINERIJA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FI PROGRAMM TA’ L-UNJONI EWROPEA LI JINKLUDI LAQGĦAT MA’ SIDIEN TA’ NEGOZJI FIL-BULGARIJA
Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qed jilqa’ espressjonijiet ta’ interess mingħand sidien ta’ negozji żgħar u self-employed involuti f’xogħol ta’ inġinerija elettrika u mekkanika sabiex dawn jipparteċipaw fi proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dan il-proġett 20 negozjant ser ikunu qed jipparteċipaw fi programm ta’ l-Unjoni Ewropea dwar ix-xogħol ta’ l-inġinerija ġewwa Plovdiv, il-Bulgarija, bejn il-25 ta’ Settembru u t-2 t’Ottubru 2006. Għaldaqstant, in-Negozji Maltin ser ikunu qegħdin jiltaqgħu ma’ negozji oħra barranin sabiex jesploraw il-possibilità ta’ tkabbir fin-negozju tagħhom ma’ negozji oħra fil-Bulgarija u jiddiskutu l-possibilità ta’ tkabbir ta’ kummerċ bejniethom u ma’ terzi.
Din is-sejħa tagħmel parti mill-inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed li permezz ta’ parteċipazzjoni fi proġetti simili ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, fis-sena 2006, 300 sid ta’ negozju żgħir u self employed jipparteċipaw u b’hekk jibbenefikaw minn dawn it-tip ta’ proġetti.
L-espressjonijiet ta’ interess mingħand negozji żgħar u self employed involuti f’xogħol ta’ inġinerija, ser ikunu qed jintlaqgħu mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sa nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru 2006. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru tat-telefon 23886164.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958